IL-ĠIMGĦA  MQADDSA

 

Violet Cassar

 

 

 

Togħġobni din il-ġimgħa,

Għax jasal l-Għid il-kbir,

Ġimgħa meta ninġabru

Kif nagħmlu f’xi irtir.

 

Nibdew bil-Ħadd tad-Daħla

F’Ġerusalem, bil-palm,

Minn qalbna toħroġ għajta

Ta’ ferħ, tifħir, bħal salm.

 

Osanna lil Bin David!

Hekk għajtu dlonk in-nies.

U Hu riekeb fuq ħmara

Sellmilhom b’ferħ bla qies.

 

Matul il-ġimgħa kollha

Naraw quddiem għajnejna,

Sultan, iġiblek ħniena,

Batut, magħkus, mifluġ,

Minħabba d-dnub li fniena.

 

Jasal fuq il-quċċata,

Fejn tela’ bit-tbatija,

Hu jaqa’ fl-art għal wiċċu,

Minħabba fik u fija.

 

U wara mewta kiefra,

Imdendel fuq salib,

Taqa’ dalma u hemda

Għax miet tagħna l-Ħabib.

 

Imbagħ’d il-Ħadd filgħodu

Nisimgħu dik il-ġrajja.

Ta’ Dak li bata għalina

U Tiegħu tana l-ħajja.

Ferħ kbir ma kullimkien.

Idoqqu l-qniepen, jgħidu:

Kristu qam!   Glorjuż kif kien.

 

 

Għid il-Kbir 2004

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1