IL-KELMA  TAL-KAPPILLAN

 

Dun Noel Vassallo

 

Nerġa nqum….!

 

Iż-żmien li qegħdin fih huwa żmien prezzjuż għan-nisrani. Joffri diversi opportunitajiet biex intejjeb l-istil u l-iskop ta’ ħajti u dik tal-familja tiegħi.      Kulħadd jifhem li l-ħajja hija iebsa, iżda mhux l-ewwel darba li nagħmluha iebsa aħna stess għax nipprettendu żżejjed minna nfusna u minn ħaddieħor.   Ikollna naċċettaw ir-rejaltà li ftit qegħdin nisimgħu lil Alla jkellimna; spiċċa wisq fil-ġenb u ma baqagħlux importanza f’ħajjitna.   Jenħtieġ li nqum  u  mmur  nistrieħ  għandhu   u  nagħraf  x’inhu  jħoss għalija.

 

·    Ejjew nagħmlu l-qalb u nersqu għall-Eżerċizzi spiritwali, speċjalment intom

żgħażagħ u familji żgħażagħ!

·    Ejjew nitħeġġu biex bil-kontrol ta’ ċerti affarijiet nibnu dinja aħjar madwarna!

·    Ejjew nintebħu li bil-ħafna ħidmiet u suċċessi, kollox jgħaddi u jtir mar-riħ u

li jkun tajjeb li ma ninħasdux minn dak li niltaqgħu miegħu wara.

 

 

Min jaħseb li huwa wieqaf jara li ma jaqax u min waqa’ ngħinuh iqum.

 

Niltaqgħu!

 

 

Il-Kappillan Dun Noel Vassallo u l-Kleru

flimkien mal-Bord Editorjali ta' IS-SALTNA

u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali

jawguraw li l-paċi  u l-barka ta’ l-Għid il-Kbir

jaslu fil-qlub tal-familji kollha ta’ Raħal Ġdid

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1