|
KUMMENTI
U TRUFIJIET |
|
Ippermettuli nfakkarkom... |
|
Ftit
taż-żmien ilu konna tkellimna dwar l-atteġġjamenti tagħna
waqt il-funerali. Jien bqajt inkun
fuq iz-zuntier anke matul din is-sena u erġajt ħassejt
il-bżonn li nagħmel riflessjoni oħra dwar dak kollu li jiġri
fil-funerali. Niżgurakom li dak
li qed ngħid mhux qed ngħidu biex nikkritika, iżda għax
naħseb li l-funerali għandu jkollhom kull tip ta’ serjetŕ jekk
nemmnu f’dak li jkun qed isir. Kemm
inħossni mewġġa’ meta nara nies jidħqu u jiċċaċċraw
bejniethom għaliex ilhom ma jiltaqgħu; kemm inħossni rrabjat
meta nara nies tal-familja jew ħbieb qegħdin ipejpu qisu ninsabu f’ħin
ta’ ntervall; kemm niddejjaq meta nara xi wħud jużaw il-mobile f’nofs il-folla! Żgur
li dak il-ħin mhux intervall fejn wieħed jieħu nifs qabel ma
jasal biex ikompli l-kedda li jmiss, jiġifieri d-difna… Nifhem li xi tip ta’ kondoljanzi jridu jingħataw,
iżda żgur li mhux f’dan il-ħin meta s-saċerdot ftit qabel
ikun bierek u inċensa dak il-katavru qabel ma jmur għad-difna. Min-naħa
l-oħra ninnota li s-solidarjetŕ bejnietna f’mumenti ta’ niket qegħedha
dejjem tiżdied, u dan hu pożittiv ħafna bħal ma huwa
pożittiv ukoll il-fatt li ħafna nies jixtiequ li flok fjuri jingħataw
donazjonijiet ta’ karitŕ li jkunu siewja ħafna aktar mill-fjuri. Nieħu gost ukoll meta fuq iz-zuntier
nara nies li minnflok jieħdu l-bukketti magħhom fuq il-qabar, jħalluhom
quddiem is-Sagrament jew fuq l-Artal.
Jiena smajt li l-Awtoritajiet tad-Djoċesi se jagħmlu
proposti dwar il-funerali…. Dan ikun
ferm aħjar. Nittamaw li ma
jdumux ma jkunu f’idejna….. |