|
INT
MISTIEDEN ... TISKOPRI! KATEKEŻI
GĦALL-ADULTI |
|
Albert Galea Kordinatur,
Komunità Ċelloli Parrokkjali |
|
Dan kien it-titlu ta’ serje ta’ ħames laqgħat
ta’ Katakeżi Parrokkjali ta’ l-Adulti li ġew organiżżati
fil-Parroċċa tagħna bejn Ottubru u Diċembru 2003. L-iskop tagħhom kien li jilħaq
lill-adulti, għax kull ma tmur qed iżjed u iżjed tinħass
il-ħtieġa li tingħata formazzjoni adulta. Attendew dawn il-Katakeżi madwar 120 ruħ, rispons inkoraġġanti
ħafna minn lajċi li xi wħud huma mpenjati b’mod jew ieħor
fil-parroċċa. Dan wera li
l-lajċi attivi jħossu bżonn tat-tagħlim ukoll, għax
jifhmu kemm hija bżonnjuża l-formazzjoni personali. Ħadna ferm gost ukoll naraw xi wċuħ ġodda. L-iskop ewlieni ta’ dawn il-laqgħat kien li
tingħata Katakeżi bażika biex tgħin lil dak li jkun
jissoda fil-fidi. Fid-dinja ta' llum,
li tkun nisrani jfisser li l-lajk jifhem aħjar il-vokazzjoni tiegħu
fid-dinja, billi l-fidi tiegħu tkun mibnija fuq tagħlim u formazzjoni biex “jkun
lest li jagħti tweġiba għat-tama tiegħu” (ara t-2 ittra ta’ San Pietru) fil-familja,
fuq il-post tax-xogħol, f’postijiet ta’ divertiment u anke fuq il-media meta hawn ħafna u ħafna
parteċipazzjoni tal-poplu fuq programmi tar-radju u
t-televiżjoni. Fi ftit kliem,
l-iskop ewlieni ma kienx biex iżjed nies jidħlu fl-għaqdiet jew biex ikun sar “xi ħaġa”. Kienet opportunità biex in-nisrani jirċievi
formazzjoni aħjar li tgħinu
fil-ħajja personali u fir-rwol li għandu fis-soċjetà. Xtaqna biss li kull min jattendi jiskopri aħjar
is-sejħa personali tiegħu. Il-temi li ntagħżlu huma relevanti ħafna
għas-sitwazzjoni tal-lum.
Il-kelliema kienu esperti fis-suġġetti li ngħatawlhom
kif ukoll kapaċi joħolqu diskussjonijiet u dibattiti. Fl-ewwel tema, IT-TIFSIRA
TAL-ĦAJJA LLUM, Mons Ġorġ
Deguara tkellem fuq l-iżvillup
tar-reliġjonijiet u x’sens fiha r-reliġjon fil-ħajja llum. Patri Pawl Cremona O.P., fit-tieni laqgħa,
tkellem fuq IL-PJAN
TAS-SALVAZZJONI T’ALLA U
L-BNIEDEM. B’lingwaġġ
popolari u mexxej, wera kif il-pjan
tas-salvazzjoni huwa pjan ta’ mħabba li għadu jiżvolġi
llum fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. Fit-tielet
laqgħa, Fr. William Axiaq O.F.M. Cap. wera, mill-esperjenża li għandu,
kemm il-bniedem illum qed jagħmel minn kollox biex jikseb il-kuntentezza
u l-vera paċi u ferh. It-tema
kienet IR-RISPOSTA TAL-BNIEDEM
LIL ALLA. It-tema:
X’RILEVENZA GĦANDHA L-KNISJA
LLUM?, ittrattha Dun Renè Camilleri.
Bla tlaqliq huwa spjega kif il-Knisja għadha u tibqa’ relevanti
fiż-żminijiet tal-llum skond kif twieġeb għall-kulturi
differenti fi ħdanha, u minn kemm il-lajċi sejrin ikunu ffurmati u
attrezzati f’ministeri u rwoli differenti.
Spiċċa ż-żmien fejn wieħed seta’ jserraħ
rasu fuq il-kleru biss! L-aħħar laqgħa żvolġiet
fuq IL-BŻONN LI
NAGĦTI KAŻ MADWARI,
minn Dun Ġorġ Dalli.
Huwa spjega li ma nistgħux nibqgħu nisimgħu biss, jew
inkunu sempliċiment spettaturi fil-bankijiet tal-Knisja. Jinħtieġ li kulħadd jerfgħa
r-risponsabiltà tiegħu jekk verament irridu nkunu xhieda ta’ Ġesù
fil-ħajja kollha tagħna. Il-laqgħat ma kienux monologu tal-kelliema,
iżda l-ħin tqassam billi qabel u wara l-kelliem, il-parteċipanti
setgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom fuq is-suġġett, jagħmlu
interventi permezz ta’ mistoqsijiet, diffikultajiet u anke kritika
kostruttiva. Il-parteċipazzjoni u
l-esperjenzi ta’ kull min ħa sehem għenu mhux ftit biex
il-Katakeżi jkunu ta’ suċċess . Il-laqgħat intemmu fit-12 ta’ Dicembru,
bil-Kappillan Fr. Noel Vassallo jiċċelebra l-Ewkaristija għal
parteċipanti kollha fil-post fejn saru l-laqgħat, is-sala tal-Paola Youth Centre. Fl-omelija kulhadd
ingħata ċ-ċans li jesprimi dak li laqtu f’dawn
il-Katakeżi. Irridu nirringrazzjaw lis-Sorijiet tas-St Joseph fejn kien ippjanat li jsiru
l-laqgħat iżda li kellna nibdlu l-post wara l-ewel laqgħa minħabba
li n-numru kien akbar milli stennejna.
Grazzi kbira ukoll lid-direzzjoni tal-Youth Centre li ħallew il-post għad-dispożizzjoni
tagħna. Radd il-ħajr kbir
wkoll lil-Kappillan li kien ta’ support kbir speċjalment
bil-preżenaa tiegħu f’kull laqgħa. Dan għen biex dawn il-Katakeai
tal-Adulti jkunu verament parrokkjali. Matul din
is-sena, il-Komunità ta’ Ċelloli
Parrokkjali, ukoll diversi Għaqdiet u Movimenti fil-Parroċċa,
joffrulek opportunita’ biex tiġi u tisma l-Kelma t’Alla u/jew tagħlim
ieħor. GĦALFEJN MA
TAGĦMILX
RIŻOLUZZJONI FIL-BIDU TA’
DIN IS-SENA BIEX META
TITĦABBAR XI INIZJATTIVA FIL-PARROĊĊA MA
ŻŻOMX LURA U TERSAQ
INTI WKOLL? Nistednuk li ma tieqaf qatt tiskopri l-fidi tiegħek ... |