IR-RANDAN  2004

 

Tinħass tassew stramba ħafna li ftit biss il-bogħod mill-festi tal-Milied, il-fuljett parrokkjali jitkellem dwar ir-Randan.   Iżda r-rejaltà tal-ħajja hija li fl-aħħar tax-xahar ta’ Frar, preċiżament fil-25 ta’ Frar,  din is-sena, jibda r-Randan Imqaddes.    Sakemm toħroġ il-ħarġa li jmiss ta' IS-SALTNA, jkunu diġà saru xi korsijiet ta’ Eżerċizzi Spiritwali, kemm fil-parroċċa u anki f’postijiet oħra.  

 

Bla ma trid ikollok tgħid “Kemm jiġri ż-żmien…”  L-atteġġjamenti tagħna lejn ir-Randan jistgħu jkunu varji.   Hemm min jistenna r-Randan għaliex iħoss li r-Randan huwa ż-żmien meta l-iżjed iħossu f’postu spiritwalment; hemm min ir-Randan jistennieh għaliex jirraġuna miegħu nnifsu li issa huwa ż-żmien li jista’ jagħmel li jrid u mbagħad ipatti għalih wara; hemm min ir-Randan iffiser għalih biex jaħseb x’wegħdi se jagħmel għal-festa tad-Duluri; żgur li r-Randan għandu jfisser xi ħaġa aktar minn hekk.   Għandu jkun pass ieħor fil-ħajja tal-konverżjoni, jiġifieri żmien li jgħinni biex nagħmel pass ieħor 'l quddiem fil-ħajja tiegħi nisranija.

 

Hosted by www.Geocities.ws

1