|
PROĠETT PARROKKJALI "Fi Ħsiebi" |
|
|
Wieħed mill-miri u l-objettivi tal-Pjan Pastorali għal
din is-sena 2004 huwa t-twaqqif tal-proġett “FI ĦSIEBI”, proġett li l-għan
tiegħu huwa li l-parroċċa tkun tinħass aktar bħala komunità
nisranija li flimkien qed tgħix il-ħajja tal-Vanġelu. Fil-ftit informazzjoni mogħtija fil-ħarġa
ta' IS-SALTNA li għaddiet,
il-parroċċa ġiet maqsuma f’sitt żoni li fihom kważi
l-istess numru ta’ familji u li minnhom ġew magħżula numru ta’
nies li jridu jiġu ffurmati dwar il-kompetenza tagħhom f’dan
il-lokal. Iż-żoni ġew
imfassla ġeografikament, bejn wieħed u ieħor hekk: |
|
|
L-EWWEL ŻONA |
tkopri
bejn Triq Ħal-Luqa u Triq Palma; |
|
IT-TIENI ŻONA |
dik bejn
Triq Palma, Pjazza Antoine de Paule u Triq Valletta; |
|
IT-TIELET ŻONA |
tkopri
bejn Triq Ħal-Luqa u Triq Ġuzè D’Amato; |
|
IR-RABA' ŻONA |
hija
dik li tibda mill-area ta’ Għajn Dwieli u tasal sa parti minn Triq
Bormla, Triq San Ġorġ u tasal sa Triq San Mikiel; |
|
IL-ĦAMES ŻONA |
tibda
minn Triq il-Knisja u tasal sa parti minn Triq Bormla u tibqa tiela sa Triq
is-Sorijiet; |
|
IS-SITT ŻONA |
tibda
minn Triq is-Sorijiet, parti kbira minn Triq Ħaż-Żabbar u
tasal sa Triq San Mikiel. |
|
Matul il-ġimgħat li ġejjin se jsiru
laqgħat ta’ taħriġ għan-nies magħżula li 'l quddiem
nippublikaw ukoll l-ismijiet tagħhom u l-missjoni tagħhom f’dan il-proġett. |
|