TBERIK  TAL-FAMILJI

 

Bdejna sena ġdida u jenħtieġ li nkomplu nibnu fuq dak li bdejna fis-snin li għaddew.   L-esperjenza taż-żjarat tal-familji żgur li ħalliet frott spiritwali fil-ħajja tal-familji tagħna.    Il-ħsieb tagħna huwa li kemm  jista jkun malajr nibdew dawn iż-żjarat li huma ħafna għal qalbna għax fihom inħossu li flimkien naqsmu l-ħajja nisranija u    ngħinukom timxu pass ieħor ‘l quddiem fil-ħajja nisranija tagħkom.  Tagħmel  ħafna sens li jsir it-tberik f’dan il-mument fejn aħna flimkien magħkom nitolbu lil Alla jbierek dak kollu li naħsbu li hu l-aħjar fid-dawl tal-Fidi.   Min-naħa tagħna s-saċerdoti nitolbu lil Alla jagħtina l-għerf  Tiegħu biex insibu ħin ħalli nagħmlu anke xi toroq ġodda barra dawk tas-soltu.

 

M’għandkomx għalfejn tinkwetaw!   Bħas-soltu intom se jkollkom iċ-ċans li tagħmlu appuntament ma’ persuna nkarigata li tiġi d-dar tistaqsikom dwar il-ħin l-aktar addattat għall-membri tal-familja tagħkom li fih bl’aktar mod informali aħna niltaqgħu għal ftit ħin magħkom u naraw x’irid Alla mill-familja tagħkom matul iż-żmien li ġej.   M’għandniex l-intenzjoni li nagħmlu priedki lil ħadd, iżda irridu biss li naqsmu magħkom il-ferħ u t-tbatija tagħkom.   Filwaqt li nħossuna aktar qrib tagħkom naraw kif nistgħu nkunu ta’ servizz u ta’ għajnuna għalikom.   Dan hu l-iskop u l-missjoni tal-vokazzjoni tagħna: li nagħrfu l-bżonnijiet ta’ xulxin u nimxu flimkien lejn Alla.

 

Awguri, u j'alla niltaqgħu ma ndumux.

 

Hosted by www.Geocities.ws

1