IL-PROPONIMENTI  GĦAS-SENA  L-ĠDIDA

 

Meta toqrob sena ġdida ħafna minna jiddeċiedu li jagħmlu xi wiegħda magħhom infushom li għas-sena li nkunu dieħlin fiha jibdlu xi ftit ħajjithom u jwettqu xi affarijiet li jkunu ilhom jixtiequ li jagħmlu imma bħal donnu kien jonqoshom xi ftit tal-kuraġġ.    M’għandniex nagħmlu proponomenti li nafu li żgur li m’aħniex se nżommu.    Inkunu kemm jista’ jkun sempliċi jekk verament irridu nwettqu dak li nipproponu.   X’jidhirlek minn dawn is-suġġerimenti?

 

v     Naċċetta lili nnifsi kif jien

v     Ma nibqax naħseb għal rasi biss

v     Nemmem bis-serjetà li l-ħajja hi sabiħa u ta’ min jgħixha tajjeb

v     Nemmen fija nnifsi li jien niswa ħafna biex nagħti sehemi fil-komunità

v     Nipprova li dak li nwettaq nagħmlu mill-aħjar li nista’ u  bi tbissima

v     Inxerred kemm nista’ l-imħabba, l-ottimiżmu u l-umoriżmu madwari

v     Inwarrab il-ħsibijiet u x-xewqat ħżiena li jinbtu fija

v     Inwarrab kull preġudizzju li jista’ jkolli għal dawk li jgħixu madwari

 

Dawn il-ħsibijiet u tant u tant oħrajn bħalhom żgur li jgħinuna mhux ftit biex nagħrfu aktar lil xulxin u nimxu flimkien lejn Alla kull ġurnata ġdida li tgħaddi minn fuqna matul is-sena.

 

Hosted by www.Geocities.ws

1