IL-KELMA  TAL-KAPPILLAN

 

Dun Noel Vassallo

 

Il-Kumplament tas-Sena t-Tajba!

 

Alla tana l-grazzja li nibdew sena ġdida u jekk ma noqogħdux attenti malajr tgħaddi bħal ma ġara lil ta’ qabilha.  Kulħadd għandu l-pjanijiet tiegħu u kulħadd għandu l-ħolm tiegħu.   Iżda qed inħoss li l-bniedem qed jimxi wisq fuq dak li jħoss u dak li jagħmel ħaddieħor.  Kulħadd jenħtieġ li jagħraf li għandu moħħ biex jaħseb u jirrifletti fuq ħajtu u fuq l-eżistenza tiegħu.   Alla tana moħħ biex nieħdu deċiżjonijiet tajbin għal ħajjitna u ngħallmu lil ħaddieħor jagħmel l-istess.

 

L-aħwa, ejjew nużaw moħħna sew, naraw x’irridu minn ħajjitna u niddeċiedu fid-dawl ta’ dak li jrid jiġri wara din il-ħajja.   Ħafna minna qegħdin jiċċajtaw ikraħ ħafna mal-ħajja u daħħluha f’moħħhom li wara din il-ħajja m’hemm xejn!...   Inti temmen?...   Inti konvint mill-Vanġelu?...   Id-deċiżjonijiet tiegħek jirriflettu dak li temmen?...

 

 

REBBIEĦA  TAL-LOTTERIJA  SPEĊJALI  2003

 

L-Ewwel Premju:

Biljett Nru. 19004 - Miss Lucy, Paola

It-Tieni Premju:

Biljett Nru. 31802 - Mrs A. Ellul, Paola

It-Tielet Premju:

Biljett Nru. 24872 - Mrs N. Caruana, Paola

Ir-Raba’ Premju:

Biljett Nru. 35788 - Mr M. Pulo, Fgura

Il-Ħames Premju:

Biljett Nru.17884 - Mr F. Vella, Paola

Is-Sitt Premju:

Biljett Nru. 14584 - Ms A. Baldacchino, Paola

 

Grazzi lill-Benefatturi kollha li offrew il-Premjijiet,

u lil dawk li ħadu sehem jew għenu b'xi mod f'din il-Lotterija speċjali.

 

Hosted by www.Geocities.ws

1