|
KUMMENTI
U TRUFIJIET |
|
Kemm ahna kkumplikati! |
|
Dan
l-ahhar kont qed naghmel bicca xoghol fl-Ufficcju Parrokkjali u stajt insegwi
ftit il-qaghda tal-parrocca skond it-taghrif li s-sacerdoti gabru waqt
iz-zjarat li saru ghand il-familji waqt it-tberik. Id-direzzjoni tal-parrocca tixtieq
tirringrazzjakom mill-gdid tal-koperazzjoni taghkom filwaqt li tizgurakom li
l-informazzjoni moghtija tibqa’ kunfidenzjali u ma tinghata lil hadd imma
tintuza biss ghall-hidma pastorali tal-parrocca Fil-parrocca
taghna jghixu 7,300 persuna li jiffurmaw madwar 2,700 familja. Dawk li jghixu wahedhom huma madwar 550
filwaqt li dawk li huma romol ilahhqu madwar 540 persuna (420 nisa u 120
rgiel). In-numru ta’ anzjani (60+)
huwa ta’ madwar 1950, jigifieri 27% tal-popolazzjoni. Minn
dak li jidher f’dan il-fuljett
il-popolazzjoni fil-parrocca qed tonqos ghaliex ir-rata ta’ l-imwiet
tlahhaq madwar 100 filwaqt li l-ulied godda huma ta’ madwar 60 fis-sena. F’dik
li hi hajja spiritwali numru ta’ nies minn barra l-parrocca jiehdu sehem
fil-quddies tal-parrocca taghna u viciversa.
GHadd ta’ tfal jattendu ghad-duttrina f’parrocci ohrajn. Mir-riflessjoni li ghamilt wahdi ppruvajt
nistaqsi lili nnifsi: “x’inhu x-xoghol
tal-parrocca llum?... Jista’ jkun li dawn in-nies li jmorru jitolbu u
jitghallmu barra mill-parrocca jhossu li qed jaghmlu parti mill-parrocca
taghhom?... Kemm huma dawk li jafu
x’qed isir fil-parrocca... ?” Sincerament
nghidilkom li jien ma sibtx risposti ghal dawn il-mistoqsijiet. X’tahsbu intom... ? |