JIENA  NEMMEN...  U  INTI ?    (12)

 

Fr Michael Bellizzi

 

Kwazi sentejn ilu, fl-ewwel artiklu tieghi f’dan il-fuljett, kont ghidt li se nippruvaw flimkien nistudjaw is-sens religjuz tal-bniedem.  Issoponejt li kull bniedem huwa religjuz, jew ahjar, spiritwali.  Kull meta xi hadd jieqaf u jahseb jew jistaqsi domandi ikun qed jammetti li go fih qed ihoss bhal guh biex “ikun jaf”.  Lkoll kemm ahna qed infittxu twegiba ghal bosta domandi: min ahna? fejn sejrin? X’qed jaghmlu bnedmin ohra?... U fuq kollox x’effett qed ihalli fuqna dan kollu.  Tista’ tghid li dawn huma mistoqsijiet li jaghmilhom il-bniedem spiritwali.  Imma hafna ohrajn ma jaghtux kaz, jew ghax m’ghandhomx cans, jew ghax birdu.  Ohrajn jaghtu kaz, imma bla ebda referenza ghar-religjon li l-funzjoni vera taghha hi li tlaqqa’ l-bniedem mieghu innifsu, biex ikun jista’ jiltaqa’ ma’ Alla u jimtela’ bil-hajja.

 

Hafna adulti ta’ l-affari taghhom illum ma jsibux cans jiltaqghu u jaghmlu hbieb maghhom infushom.  Tant ikunu mghaddsa fl-impenji u d-doveri taghhom li facli jkunu diga’ f’nofs hajjithom meta jindunaw, ghall-ewwel darba, li dak li qabel kien importanti u car issa m’ghadhux.    Jibdew ifittxu xi tip ta’ gherf sod biex itihom skop fil-hajja taghhom.  Jindunaw li ghandhom bzonn min imexxihom. Il-gwaj hu: fejn ifittxu?  Lil min jistaqsu? 

 

Illum is-socjetà f’pajjizna qed tinbidel.  Wahda mill-bidliet kbar hi propju r-religjon.  S’issa, fl-istorja ta’ pajjizna, li tkun Malti kienet tfisser li awtomatikament tkun Kattoliku.  Mhux biss, imma l-Knisja Kattolika kienet b’mod jew iehor, tolqot lil kulhadd.  Kienet tesprimi, tmiss u twettaq il-holm u x-xewqat tal-Maltin kollha.  Tant u tant Maltin ircevew servizzi  u ghajnuna mill-Knisja, u hafna sabu fiha dawl, rifugju u hajt ta’ kenn.

 

Illum il-folja nqalbet.  M’ghadhiex il-Knisja biss li toffri ghajnuna, kenn, u appogg.  Hemm l-Istat u gruppi ohra li jwettqu din il-hidma.  Il-Knisja m’ghadhiex tilhaq lil kulhadd f’dak li toffri.  Hemm imbaghad min mar ifittex u sab il-kenn, id-dawl u r-rifugju xi mkien iehor.  Dan jista’ jkun minhabba xi dizappunt jew ferita li kkagunat il-Knisja stess.  Jista’ jkun ukoll li xi persuni sfaw imwarrba jew “ma kien hemm xejn ghalihom”.  Forsi l-Knisja mhux dejjem wiegbet malajr bizzejjed ghal certu bzonnijiet li nqalghu minn zmien ghall-iehor.  Illum ghandna nuru rispett lejn dawk kollha li kellhom il-kuragg ifittxu u jsibu rimedji ohra ghall-bzonnijiet taghhom.  Fl-istess waqt, pero’, ghandna naghmluha cara li nistennew li dawn jirrispettaw it-twemmin u l-valuri taghna, bhalma naghmlu ahna maghhom.                                                                  

 

Ftit gimghat ilu hareg l-ewwel Dokument tas-Sinodu Djocesan.  Lejn it-tmiem tad-dokument hemm din ir-riflessjoni, u xtaqt naghlaq biha.

 

Nitheggu biex inheggu

 

·  Ma rridux nghagglu z-zejjed… ghax irridu li dawk li jimxu bil-mod ikunu jistghu jlahhqu maghna.

·  Ma rridux nimxu bil-mod iz-zejjed... ghax inkomplu naqtghu qalb anke dawk Ii jimxu b’mod normali u nkomplu ninqabzu mit-tibdil socjali Ii qed isir fiI-pajjiz.

·  Ma rridux ninsew Iil dawk Ii jhossuhom wahedhom... nixtiequ Ii jsibu min jismaghhom.

·  Ma rridux naqtghu qalb id-dghajfa... anzi rridu naghmlulhom il-qalb

·  Ma rridux nitbieghdu minn dawk Ii huma maqtughin miII-Knisja... anzi nixtiequ naghtuhom I-id tal-hbiberija taghna.

·  Dawk li huma aktar attivi ghandhom jieqfu biex jixtarru u jevalwaw.

·  Dawk Ii jhossu t-telqa tahkimhom, nixtiequ narawhom jiskopru mill-gdid I-energiji mohbija Ii hemm fihom.

·  Dawk Ii huma xettici, nhegguhom biex jifthu hajjithom ghall-hidma ta’ l-Ispirtu.

·  Biex dawk Ii huma lejali jaraw il-fidi taghhom tissahhah.

·  Biex il-barranin ihossuhom milqughin u t-talenti taghhom mehtiega ghall-komunità kollha.

·  Biex dawk Ii huma mitluqa jhossu Ii s-socjeta’ u I-Knisja jehtiegu s-sehem siewi taghhom.

·  Biex dawk Ii I-aktar jitkellmu jisktu ftit biex jisimghu lilI-ohrajn.

·  Biex dawk Ii ma jitkellmux jew jibqghu lura jiftakru Ii hemm min hu lest jismaghhom, u Ii l-kelma Ii jlissnu tghodd ukoll u taghmel il-gid.

·  Biex dawk Ii hadd ma jismaghhom jaghrfu Ii l-kelma taghhom ukoll se tittiehed bis-serjetà.

 

Inti temmen li dan jista’ jsehh?

 

Hosted by www.Geocities.ws

1