|
IL-PARROCCA MATUL IS-SENA LI
GHADDIET |
|
Raymond Attard B.Eng.
(Hons) Eng. Surv. SINDKU - Kunsill Lokali Paola |
|
Il-kollaborazzjoni bejn kulħadd hija
ħaġa tajba fiha nnifisha.
Meta wieħed jara x’għamel dan il-Kunsill biex jgħin lil
kull Għaqda fil-lokal, wieħed malajr jinduna li kien hemm skop wara
dan il-mod ta’ tmexxija. L-iskop prinċipali kien li
bil-kollaborazzjoni ta’ kulħadd, wieħed jkun jista' jasal aktar bil-mezz ta’ kommunikazzjoni bejn kulħadd,
inżidu l-parteċipazzjoni ta’ kull Għaqda u kull ċittadin
li verament għandhom l-interess tal-lokal, mingħajr ma nidħlu
f’piki esaġerati. Bħal ma hu konxju kulħadd,
il-parroċċa torganizza attivitajiet varji matul is-sena
kollha. Fost l-attivitajiet hemm,
fiera b’risq il-knisja; wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa; serata ta’ l-isbaħ
kostum tal-karnival; mejda tal-Appostli u tant attivitajiet oħra. Mhux l-ewwel darba li l-Kumitat tal-Festa
talab għajnuna lill-Kunsill biex diversi attivitajiet ikunu jistgħu
jiġu mtella'.
Il-Kunsill dan jagħmlu għax jaf li hemm il-parteċipazzjoni
tar-residenti u għax il-Kumitat tal-Festa jkun qiegħed ikompli
jkattar il-kultura ġewwa l-lokal. Ezempju ċar ta’ dan kien l-għajnuna
li ta il-Kunsill liż-Zgħazagħ Azzjoni Kattolika (Z.A.K.) biex
itellgħu attivita’ waqt ic-celebrazzjoni tal-Festa Liturgika ta’ Kristu
Rè f’Novembru li għadda. Kienet
serata mill-isbaħ u ta’ min ikompli jinkoragixxi dan it-tip ta’
attivitajiet. Jien wieħed minn dawk li nemmen li
Jum Paola għandu jkun mtella' mill-Għaqdiet,
bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill. Wara
kollox, Jum Paola mhux għar-residenti tiegħu qiegħed? Din is-sena l-Kunsill pprova jagħmel
dan. Kienu diversi Għaqdiet li
taw sehemhom, inklużi z-Z.A.K., li wrew li l-għajnuna li tahom
il-Kunsill kienet ġiet apprezzata.
Iz-Z.A.K. qegħdin jgħinu lill-Kunsill biex jinġabru
flus biex jinxtara wheelchair għal dawk in-nies fil-lokal li għandhom
bżonn dan l-apparat. Kien hemm
ukoll Għaqdiet oħra li għamlu dan u wrew, bic-car,
il-kollaborazzjoni li teżisti bejn il-Kunsill u l-Għaqdiet. Wieħed ma jistax ma jsemmix
l-festa. Bħal ma jaf kulħadd,
il-festa għaddiet u marret tajjeb, però, ma nistgħux niefqu
hawn. Hemm ħafna affarijiet oħra
xi jsiru u fejn wieħed jiddiskuti.
Naqbel perfettament ma’ dak li kiteb is-Supt. R. Vella Gregory fil-ħarġa
preċedenti tas-Saltna. Għad
hawn min ma fehemx l-iskop aħħari ta’ kull festa – parteċipazzjoni
tal-lokal kollu f’ġabra waħda.
Għandna nassiguraw li bl-għemil tagħna ma ntellfux
il-gost ta’ ħaddieħor, speċjalment dak tat-tfal żgħar
li minn sena qabel jkunu qegħdin jistennew jasal żmien
il-festa. Kull min kellu xi forma ta’
responsabbiltà fl-organizazzjoni tal-festa jaf ix-xogħol li jinvolvi u għalhekk
iktar u iktar wieħed għandu jaħdem biex jara li l-festa
tkompli titjieb minn sena għal sena. Waħda mill-aktar affarijiet li qiegħed
jaħdem fuqha l-Kunsill huwa l-Ġemellaġġ. Wasalna fi ftehim ta’ ħbiberija ma’
Calcinaia, post viċin Pisa ġewwa l-Italja. Dawn riedu jagħmlu dan il-ftehim minħabba
li l-ewwel knisja fil-lokal taghna kienet ddedikata lil Sant’Ubaldeska,
patruna tal-villaġġ taghhom.
Il-Kunsill qiegħed jipprova jagħmel Gemellaġġ ma’
żewġ postijiet li wkoll jisimhom Paola, wieħed ġewwa
l-Italja u l-ieħor fl-Amerika.
Dawn il-Gemellaġġi jservu biex insiru nafu aktar dwar
postijiet oħra u biex it-tfal tagħna jkunu jistgħu jkabbru
l-kultura tagħhom, speċjalment kif wieħed iħares lejn
popli oħrajn. Nawgura li l-koperazzjoni li kien hemm
bejn l-awtoritajiet parrokkjali u l-Kunsill Lokali matul is-sena li ghaddiet
tkompli tissahhah fis-snin li gejjin ghall-gid tal-Pawlisti kollha. |