|
IS-SINODU FIL-PARROCCA |
|
Fl-ahhar ta’ Settembru, fl-anniversarju Episkopali
tieghu, Mons Arcisqof Guzeppi Mercieca approva t-8 Dokumenti tas-Sinodu
Djocesan. Dawn issa gew ippubblikati
biex jigu studjati mill-Insara Maltin u mwettqa fil-hajja tal-Knisja
Maltija. Biex isir dan, kull parrocca hatret tlieta minn nies li
hadu sehem fid-diskussjonijiet tas-Sinodu biex jghinu lill-Kunsill
Parrokkjali jimplimenta dawn id-dokumenti fil-hajja tal-parrocca. Fil-parrocca taghna n-nies li qed jghinu lill-Kunsill
Pastorali Parrokkjali huma it-Tabib John Cachia, s-Sinjura Jane Attard u
s-Sinjorina Katya Mifsud. Nixtiequ
nirringrazzjawhom minn qalbna tal-hidma siewja li qed iwettqu. Flimkien
mad-dirigenti tal-Kunsill Parrokkjali dawn hutna ghamlu proposta tal-Pjan
Pastorali ghal din is-sena li gie mressaq u diskuss fl-Assemblea Parrokkjali. |