|
IL-MILIED - MISTERU TA' FERH |
|
Fr Tito Sammut |
|
Fil-Kappella Sistina fil-Vatikan insibu
l-pittura famuza ta’ Mikelangelo dwar il-holqien tal-bniedem. Naraw lil Alla jmiss is-saba’ ta’ Adam.
B’dan il-gest Alla ried ifisser li lill-bniedem kien se jaghtih
intelligenza specjali biex jaghraf imexxi d-dinja. Izda l-bniedem ried li jkollu l-poteri
divini kollha. Minflok spicca
biex tkecca mill-Eden. Tilef kollox,
barra l-intelligenza u l-liberta’.
Izda Alla gietu hniena mill-bniedem u offrilu opportunita’ ohra
bil-weghda li se jibghat lil Ibnu stess li kellu jitwieled minn Mara
bil-qawwa ta’ l-Ispirtu Santu. Meta Alla sar bniedem bhalna d-dinja
nbidlet. Ix-xjenza mxiet tant
il-quddiem li llum xi xjenzati jahsbu li jistghu jaghmlu dak li ghamel
Alla. Izda minkejja l-progress
xjentifiku, IL-MILIED ghadu festa ccelebrata mad-dinja kollha. It-thejjija tibda minn xhur qabel. Bliet, irhula u pajjizi shah jibdew jarmaw
it-tizjin tad-dwal fit-toroq u fid-djar.
In-nies tibda tahseb ghar-rigali, ghall-ikel specjali u ma’ min se
jqattghu l-Milied. It-tfal fil-lejla
ta’ qabel il-Milied issibhom iharsu herqana lejn is-sema ifittxu lil “Santa
Claus” fuq il-karozella migbuda
mic-criev qalb is-shab. Dawn il-preparazzjonijiet ma tantx
ghandhom x’jaqsmu ma’ dak li gara meta Gesu’ Kristu sar bniedem. Lanqas il-presepji, sbieh kemm huma sbieh,
ma juruna l-verita’. Elfejn sena ilu,
Marija u Guzeppi ma setghux isibu kamra biex binhom jitwieled f’post
dicenti. Spiccaw, kif wara kollox
ried Alla nnifsu, f’ghar imwarrab, post ta’ mistrieh u kenn
ghall-annimali. U anke llum fil-bini
kbir tan-Nazzjonijiet Maqghuda, Kristu ghadhu ma jistax isib kamra
dicenti. Kliem fierah hemm hafna,
izda fir-rejalta’ nitkellmu favur l-Abort u fuq il-kontrol tat-twelid li
juru li m’ghadx hemm post
ghat-tfal. Il-Milied hu l-misteru tal-ferh. Izda d-dinja ma tantx ghandha biex
tifrah. Matul is-seklu li ghadda u
dak li ghadna kemm bdejna ma nisimghux hlief fuq gwerrer u qtil ta’ nies
innocenti. Il-vjolenza u n-nuqqas ta’
tolleranza kibru bla razan. Kemm
trabi qed jigu maqtula f’guf ommhom?
Kemm nies, l-aktar zghazagh qed jinqerdu bid-drogi? Kemm familji qed jigu rvinati minhabba
d-divorzju? Ghaliex il-bniedem sar jippreferi l-kultura tal-mewt
milli tal-hajja? Il-hajja tal-bniedem
saret ma’ tiswa xejn. Il-bnedmin
insew li kull persuna fid-dinja hija dixxendenti ta’ Adam u Eva. Gesu’, li ghandu l-istess dixxendenza, sar
bniedem biex jghallimna nimxu fid-dawl.
Ahna qed naghzlu li nimxu fid-dlam.
U min jimxi fid-dlam ma jkunx jista’ jara d-dawl tal-verita’. Il-Milied hu l-unika gurnata li jitfa’ ragg ta’ tama fuq
id-dinja. Gurnata li fiha ninsew in-niket
ta’ l-imghoddi biex ghal ftit sieghat nifirhu mal-familja u ma’ kull ma’ min
niltaqghu bil-messagg sabih “Il-Milied
it-tajjeb, lilek u lill-proxxmu kollu”. Kieku llum kellna naraw il-Milied bl-ghajnejn ta’ Marija,
naraw krejazzjoni gdida, dinja sabiha li Alla taghna biex nghozzu u niehdu
hsieb. Alla tant habbna li ta lid-dinja l-uniku Iben Divin
tieghu. U dan l-Iben Divin, Gesu’,
tana kmandament biex inhobbu lil xulxin ghax l-imhabba tigi minn Alla. Dik l-imhabba divina biss tista ggib il-paci
fil-familji, il-paci fost il-pajjizi, il-paci fl-ibliet u l-irhula, il-paci
fil-Knisja u l-paci f’art twelidna. |