|
INTERVISTA LIS-SEMINARISTA EMANUEL SCHEMBRI |
|
|
Is-Saltna |
Illum int
Seminarista u n-nies
tal-Parrocca ftit li
xejn jafuk. Ghidilna xi haga dwarek, kif gietek il-vokazzjoni
u kif sibt ruhek tghix f’Rahal Gdid. |
|
Emanuel |
Nibda biex nghid li jien twelidt il-Kanada fejn
ghext sas-sena li ghaddiet. Il-vokazzjoni tieghi ma kienitx xi haga li nibtet
mill-lum ghal ghada, imma nista nghid li z-zerriegha nibtet fi tfuliti. Dejjem niftakar li Alla u l-Knisja
kellhom post qawwi fil-hajja tieghi specjalment fil-familja. Il-mument li ghamilt id-decizjoni finali
kien fl-ewwel sena ta’ l-Universita’ (fil-Kanada) mhux biss meta kont qed
napplika (u ddecidejt li ma nibdiex is-Seminarju sakemm naslu Malta) imma
l-aktar meta nnotajt in-nuqqas ta’ korsijiet tar-Religjon. Ghamilt hilti li naghmel dak li hemm bzonn
biex nikber fil-fidi personali tieghi.
Dan kien li wassalni sal-bieb tas-Seminarju f’Malta fi zmien tlett
snin. Qatt ma kien ippjanat li nigu
nghixu bhala familja f’Rahal Gdid. Ma
kellniex ideja tal-post ezatt fejn konna se nmorru noqghodu wara
l-Kanada. Fl-ahhar sibna dar kif xtaqna f’Ghajn Dwieli. Nahseb li aktar kienet l-id t’Alla li
gabitna hawn f’Rahal Gdid. |
|
Is-Saltna |
F’hiex tikkonsisti t-triq tas-Sacerdozju? |
|
Emanuel |
Il-hajja fis-Seminarju tinqasam basikament fi tlett
partijiet: l-istudju; il-komunita’ u t-talb.
Dawn huma t-tlett kolonni li fuqhom tistrieh il-hajja
sacerdotali. Ghal l-istudju mmorru l-Universita’
fejn ghal seba’ snin nistudjaw il-filosofija u t-teologija. Dawn iz-zewg xjenzi jghinuna fit-talb u
nkunu kapaci nghinu lil min ikun fil-bzonn.
Il-komunita’ fis-Seminarju hija l-mezz li bih nistghu nidraw nghixu
f’ghaqda ma’ xulxin u li nkunu disponibbli ghal xulxin. It-talb huwa l-qalb tal-hajja tas-sacerdot
u jghaqqad go fih iz-zewg kolonni l-ohra li semmejna. Fil-hin tat-talb noffru kollox lil Alla
biex jaghmel bih dak li jrid Hu ghax minghajru kull xoghol li naghmlu
jispicca fix-xejn. Nispera li
bil-ghajnuna t’Alla nkompli t-triq tad-dixxerniment u bil-grazzja tieghu
nasal biex nghix il-hajja qaddisa u tant sabiha ta’ sacerdot. |
|
Is-Saltna |
Grazzi hafna u filwaqt li
nawguralek success f’dak kollu li tixtieq naccertak mil-koperazzjoni shiha li
se ssib fil-Parrocca taghna. |