RAHAL  GDID

 

Alfred Ellul Galea

 

Il-Milied... u  l-iskejjel  matul  l-ahhar  gwerra

 

Sittin sena ilu s-shab iswed tal-gwerra kien ghadu jifrex gwenhajh fuq il-gzejjer Maltin.   Il-Kbir kien ghadda, izda t-Tieni Gwerra Dinjija kien ghad fadlilha sentejn ohra sa ma tintemm.   Madankollu kellu jghaddi ghadd ta’ zmien mhux hazin qabel ma t-tharbit li gabet maghha beda jnin.   Fost il-hsara li halliet warajha nsibu l-edukazzjoni tat-tfal, subien u bniet Pawlisti.

 

Meta faqqghet il-gwerra s-subien ta’ dawn l-inhawi li kienu jattendu l-iskola kienu jinghataw il-lezzjonijiet fi djar privati mikrija mill-gvern.   Dawn kienu jinsabu fi Triq Palma, Triq Haz-Zabbar u Triq Sant’Ubaldeska.   L-iskola primarja ta’ quddiem il-bandli li nfethet ufficcjalment fl-1930 u kienet tikkonsisti biss f’sular wiehed, kienet tintuza bhala mhazen tal-COSUP ghal oggetti essenzjali bhal ma huma xaham, zejt, ecc.

 

Izda minkejja dan it-tharbit li ghaddew minnu l-istudenti ta’ Rahal Gdid f’dawk iz-zminijiet, ix-xahar ta’ Dicembru – ix-xahar tal-Milied – kien ikun mistenni b’herqa kbira.   L-ghalliema u l-kapijiet ta’ l-iskejjel f’Rahal Gdid kienu jaghmlu minn kollox biex l-istudenti taghhom jiftakru u jifirhu b’din il-grajja qaddisa.   Xhieda ta’ dan huma l-Log Books li jinsabu fl-iskejjel ta’ Rahal Gdid.   Fihom insibu mnizzel jum b’jum dak kollu li kienu jghaddu minnhu l-ghalliema u l-istudenti f’dawn l-iskejjel.

 

Imnizzel f’wiehed minnhom insibu li disat ijiem qabel il-Milied tas-sena 1941, l-istudenti tal-klassijiet ta’ Triq l-Iskola u Triq Palma kienu ga organizzati ghal meta jdoqq xi air-raid u bid-drill li ghamlu kienu jkunu ghall-irdoss f’erba’ minuti biss.   Izda minkejja dan, it-taghlim f’dawn id-djar hafna drabi kellu jieqaf minhabba hsarat  bl-attakki mill-ajru.  Fil-fatt f’Dicembru ta’ sittin sena ilu l-istudenti Pawlisti nghataw it-tilqima tad-difterja u hamest ijiem qabel il-Milied ta’ dik is-sena tqassmulhom zraben u sandlijiet.  Ghal din ic-cerimonja attendiet il-mara tal-Gvernatur, Mrs Campbell.   Naqraw ukoll li jumejn wara l-Milied ta’ l-1943 l-awtoritajiet edukattivi ta’ dawn l-inhawi rcevew taghrif li s-servizzi Inglizi kienu se jitilqu l-bini ta’ l-Iskola Primarja fi Triq l-Arkata sabiex jintuza ghal skopijiet edukattivi.

 

Fid-19 ta’ Dicembru 1944 gew organizzati ghadd ta’ attivitajiet ghall-istudenti ta’ dawn l-inhawi.   Il-programm kien jinkludi Kuncert tal-Milied fl-20 tax-xahar ghall-istudenti subien u jumejn wara l-istess rapprezentazzjoni kellha ssir ghall-genituri.   It-tieni jum ta’ l-attivitajiet ghal dawn il-granet ta’ ferh kien jikkonsisti f’film (talkie) organizzat mill-Ufficjal tal-Propaganda tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni (D.O.I).   GHas-sena ta’ wara, l-Kaptan Serafim Xuereb O.B.E., haseb li jipprovdi divertiment ghal 500 student subien u bniet permezz ta’ filmshow.    Aktar kmieni fl-istess jum, jigifieri l-21 ta’ Dicembru ta’ dik is-sena, madwar 280 tifel ta’ l-iskola semghu Quddiesa fil-knisja ta’ Santa  Ubaldeska.   Il-films kienu jintwerew fit-Teatru Trops, faccata ta’ l-HSBC, fejn illum insibu l-bini tal-Paola Youth Centre.

 

F’dawk iz-zminijiet ta’ tweghir l-iskejjel f’dawn l-inhawi mferrxa fid-djar privati f’ghadd ta’ okkazjonijiet kienu jibqghu maghluqa.   Mhux biss minhabba l-vaganzi tal-Milied, izda minhabba l-hsarat li garrbu u l-attakki spissi mill-ajru.   Ma’ dawn wiehed irid jikkonsidra wkoll il-mard li kienu jaffettwaw lill-istudenti.  Fl-ewwel jiem ta’ Jannar ta’ l-1943 l-iskola tal-bniet f’Rahal Gdid ma fethitx minhabba l-paralizi u konsegwenza ta’ dan lanqas il-party tal-Milied ghal dawn it-tfal ma gie organizzat fil-jiem ta’ qabel.

 

Hosted by www.Geocities.ws

1