|
MILIED 2003 |
|
Violet Cassar |
|
Kemm nixtieq li nerga nisma’ Il-kant helu tal-Milied, Dak il-kant li kantaw l-angli Meta nizlu mis-smewwiet. Ma rridx li nisma’ aktar, Kant iehor, bla pjacir, Kant li jweggaghli ‘l qalbi GHax mimli bit-tmaqdir. Nixtieq li nara 'l popli, Kemm kbar kif ukoll zghar, Iharsu kollha herqa Lejn Min twieled go l-ghar. Ma rridx li nkompli nara Mibeghda w mohqrijiet, Gens wiehed kontra l-iehor, Demm, glied u tant imwiet. Irrid nara t-tfal kollha, Jifirhu f’dawn il-jiem, M’ommhom u missierhom, Ha jkollhom hafna sliem. Nixtieq nara l-imhabba, Il-paci, ferh u sliem, O! mhux li dawn isaltnu Bl-eghmil u mhux bil-kliem. Ghalhekk, ejjew Pawlisti, Nghixu daz-zmien ta’ ferh. Nixtieq lilkom minn qalbi, Milied ta’ Sliem u serh! |
|
|