IL-KELMA  TAL-KAPPILLAN

 

Dun Noel Vassallo

 

Grazzi  Mulej!

 

Mexjin lejn tmiem ta’ sena ohra u jekk Alla jrid bidu ta’ wahda gdida.   Kulhadd jitkellem b’mod differenti dwar l-esperjenzi tieghu tas-sena 2003; min xtaqha tkun hafna ahjar u min ferhan ghax hafna affarijiet marru kif xtaqhom.   Jehtieg li naghrfu nirringrazzjaw lil Alla ta’ dak kollu li Hu ghamel maghna filwaqt li nemmnu li Hu jixtieq li naghrfu l-messaggi ta’ gid li xtaq jghaddilna f’okkazjonijiet li jidhru difficli.

 

Ejjew nersqu lejn il-festi tal-Milied b’sens veru religjuz, jigifieri li nippjanaw kif se nghaddu dawn il-granet qrib il-Bambin Gesu’ u madwar il-familjari taghna bi programm ta’ hajja semplici u mhux ikkumplikata u ta’ piz finanzjarju ghalina u ghal ta’ madwarna.

 

 

 

Il-Kappillan Dun Noel Vassallo u l-Kleru

flimkien mal-Bord Editorjali tas-SALTNA

u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali

jawguraw Milied qaddis u hieni

lill-familji kollha ta’ Rahal Gdid.

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1