|
KUMMENTI
U TRUFIJIET |
|
Tghid
jista’ jkun? |
|
Ftit
aktar minn xahar ilu kellna l-festa parrokkjali u hadt gost nerga’ nara
t-toroq armati flimkien ma’ affarijiet godda li rajna fl-armar. Hadt gost li nara attivita’ gdida fuq iz-zuntier
li kienet xi haga rilassanti, familjari u mibnija fuq talent lokali; inhoss
li kien sforz ta’ min ikompli jibni fuqu.
Ma’ l-ewwel daqqa t’ghajn jidher li n-nies hadu gost u bdew jaraw li
l-festa regghet giet kwazi ghan-normal bhal ma kienet issir qabel
bid-differenza li issa hawn il-vara titulari. Jiena
nhobbha hafna l-festa u ma nixtieqx li nghaddu minn xi esperjenza kerha
ghaliex ghadni ferm imwegga’. Ghandi
xewqa kbira li l-festa ghandha mhux tikber izda titjieb. Ikollna nammettu li
baqalna problemi biex il-festa tkun dik li ghandha tkun, jigifieri festa ta’
celebrazzjoni flimkien ta’ tifhir lil Gesu’ bhala l-Patrun tal-parrocca
taghna. Baqa’ hafna elementi ta’
egoizmu, kemm fl-attendenza tal-festi liturgici u anki f’dawk ta’ barra. Is-sbuhija tal-festi taghna ma tigix
ikkalkulata mill-ammont ta’ nar jew marci jew armar jew storbju u ghajjat,
izda mill-ambjent ta’ paci u ferh mibni fuq solidarjeta’, apprezzament
(tgawdija) ta’ dak kollu li jkun
organizzat. Issa
ghandna xhur quddiemna li fihom jenhtieg li nitolbu biex kull min hu
responsabbli fir-rahal u fil-parrocca jkompli jimxi b’ghaqal kbir halli
jinstabu s-soluzzjonijiet ghal certi problemi u diffikultajiet li qeghdin
itellfu mis-sbuhija tal-festa u l-integrita’ tal-parrocca taghna. |