|
JIENA NEMMEN...
U INTI ? (11) |
|
Fr Michael Bellizzi |
|
Il-kelma “superstizzjoni” mhux kulhadd
jifhimha l-istess. Xi hadd li ma
jemminx jghidlek li r-religjonijiet huma kollha superstizzjonijiet u hmerijiet
ta’ min ghadu immatur. Protestant jghidlek
li l-Kattolici jqimu l-istatwi u l-qaddisin u dawn kollha
superstizzjonijiet. Nisrani jghidlek
li t-twemmin fi “Gwerra Qaddisa” f’isem Allah, li jwassal nies rispettabbli
tal-familja biex joqtlu lilhom infushom flimkien ma’ ohrajn (dawk li nisimghu
dwarhom fl-ahbarijiet bhala suicide
bombers) huwa twemmin superstizzjuz,
jekk mhux ukoll fanatiku (ezagerat).
Imma ahna nafu li l-istatwi u l-qaddisin suppost igibu fina sens ta’
devozzjoni u altru mhux twemmin ezagerat.
Pero’ ahna wkoll ghandna s-superstizzjonijiet taghna. “Father, ejja berikli l-karozza… qabel ma nerga’ nahbat!” “Imma x’kull wahda! Lanqas lehqet spiccat tghidli
prosit tal-libsa li ma waqqajtx iz-zalza fuqha!” “L-ghajn tezisti?
Jista’ xi hadd jishitni? Is-sharijiet
jezistu?” Il-hajja
mimlija misteri. Hemm wisq affarijiet
li ma nistghux nifhmuhom jew nispjegawhom.
Fl-istess hin inhossu li qed niddependu minn hafna forzi mohbija:
il-kwiekeb, l-oroskopju, l-elettricita’, il-psikologija, l-ipnotizmu, l-ispiritizmu, is-satanizmu… Elf haga li ma nifhmux, jew li nifhmu ftit,
u li jgeghluna nhossuna marbutin. U
dawn l-affarijiet ibezzghuna. U malajr
insiru superstizzjuzi. Is-superstizzjoni hija twemmin
jew prattika bla bazi ta’ xejn, rizultat biss
ta’ injoranza jew biza’ bla raguni minn dak li mhuwiex maghruf jew
mill-misterjuz, bhal nghidu ahna, l-futur.
Superstizzjoni twassal lill-bniedem biex jibda “jemmen kollox”. Ma jfissirx li dak li jkun ma jibqax
jemmen f’Alla u jmur quddies, imma jkun beda’ jhallat haga ma’ ohra. Jemmen f’Alla imma jemmen ukoll fil-magija
u fix-xorti. Ir-religjon naghmluha xi
tip ta’ seher li tipprotegik mid-dizgrazzja.
Ara ftit kemm hawn talb li jwieghed li jaghtik “mewta tajba.” Tghid ghax kulhadd jibza’ jmut
“agunija”? Apparti d-domni, il-labti,
l-ilma mbierek, pellegrinaggi, indulgenzi, talb ma jispicca qatt… Mhux
qed nghid li dawn kollha affarijiet bla skop, imma jekk dawn jitilfu s-sens
spiritwali taghhom u jsiru formoli magici biex jehilsuna mill-inkwiet, inkunu
qed nilghabu bil-fidi taghna. Insiru
skjavi ta’ tant superstizzjonijiet.
Jew kif kien jghid Gesu’, “bhall-pagani”. Ara ftit dawn il-hsibijiet
jghinukx… ¬ In-natura tal-bniedem
hija tant ikkumplikata li bilkemm kapaci nispjegaw 5% ta’ dak kollu li jigri
fina u madwarna. ¬ Dak li
l-bniedem mhux kapaci jispjegah bir-raguni, malajr isib lil min ibezzghu
dwaru, u l-fantasija tqanqal biex jivvinta u jfittex spjegazzjoni misterjuza. ¬ Kull bniedem ghandu fih qawwiet straordinarji: li jifhem dak li hu mohbi
fil-qalb, li jikkomunika ma’ min jinsab imbieghed minnu, li jinterpreta
l-passat u li jilmah il-futur. Ghad li
dawn huma kapacitajiet naturali li jinsabu f’kulhadd, xi whud huma aktar
sensittivi minn ohrajn. Ghax ghandhom
doza aktar qawwija facilment jimpressjonaw. ¬ Huwa veru li
jezistu spirti tajbin (angli) u spirti hziena (dimonji). Xi effett ghandhom fuq il-bniedem, izda kollha jaqghu
taht is-setgha ta’ Alla. ¬ L-ebda spirtu
ma jista’ jgieghel lil xi hadd jaghmel xi haga kontra r-rieda tieghu
innifsu. Il-bniedem dejjem jibqaghlu
l-liberta’. ¬ Il-mard, id-dizgrazzji u l-problemi huma parti mill-hajja u marbutin
mal-hazen. Jistghu ikunu effett
tad-dnub, izda mhumiex kastig tad-dnub. ¬ Il-problemi
trid issolvihom bil-ghaqal, bis-sagrificcju, u bl-isforzi tieghek u mhux b’xi
seher stupidu jew xi magija bla sens. ¬ Iebsa kultant, imma dejjem ahjar titghallem tghum fl-ilma li tkun fih. Min jemmen fil-magija jew l-oroskopju jkun
qed jammetti li hu pupazz tad-destin.
Ikun qed jahrab ir-responsabbilta’ tal-hajja. ¬ Meta tigrilek
dizgrazzja, toqghodx tishet xortik jew tiffissa li ghandek xi maghmul. Ara kif issewwi l-hsara u tghallem
mis-sitwazzjoni biex darb’ohra tevitaha. |