40  SENA  TA’  SERVIZZ  PASTORALI  U  SOCJALI

 

Moviment  ta'  Kana

 

Il-Moviment ta’ Kana  fetah id-Dar ta’ Kana f’Rahal Gdid f’Settembru  1963.    Kienet  ix-xewqa  tal-Fundatur,  Dun Charles G. Vella,  li  jinfetah   Centru  Regjonali   biex   jipprovdi  servizzi lill-Koppji   mizzewgin u koppji  gharajjes fin-nofs-inhar ta’ Malta  u   l- inhawi vicini.     Dak   iz-zmien    il-Moviment kien  ghadu  fl-ewwel  snin  tieghu,  u dik  ta’   Rahal  Gdid f’Nru  147  Triq Bormla,  kienet  l- ewwel Dar li fetah.

 

L-ghan tad-Dar ta’ Kana fir-Rahal Gdid, u tad-Djar l-ohra ta’ Kana, kien u ghadu biex jinghata servizz pastorali u socjali minghajr hlas, minn Moviment Kattoliku ffurmat mill-lajci.   Id-Dar kienet inawgurata mill-Ministru tas-Sahha ta’ dak iz-zmien, l-Onor Tabib Alexander Cachia Zammit  u tbierket minn Mons Arcisqof Mikiel Gonzi.   Id-Dar malajr stabbiliet ruhha ghall-organizazzjoni ta’ laqghat ghall-gharajjes, servizzi ta’ counselling minn marriage u family counsellors lajci u sacerdoti, pariri minn tobba tal-Moviment ta’ Kana lil koppji mizzewga u koppji gharajjes dwar l-ippjanar naturali tal-familja u ghoti ta’ pariri lil bosta ndividwi bi problemi personali.

 

Mill-bidu nett id-Dar ta’ Kana f’Rahal Gdid kellha ghadd ta’ volontiera jahdmu taht it-tmexxija tal-mibkija Sinjura Jessie Ciancio, li dejjem urew dedikjazzjoni u sens ta’ mpenn serju biex ikunu ta’ servizz ghall-familja.   Matul dawn l-40 sena li din id-Dar ilha miftuha zaruha bosta personalitajiet distinti kemm Maltin kif ukoll barranin.   Fost dawn ta’ min isemmi l-Kardinal Thomas O’Fiach, Madre Tereza ta’ Calcutta, it-Tobba John u Evelyn Billings, fundaturi tal-metodu ta’ l-ippjanar naturali ta’ l-ulied maghruf bhala l-Metodu Billings u l-Kardinal attwali tal-Katidral ta’ Westminster, Murphy O’Connor.

 

Hosted by www.Geocities.ws

1