|
PAOLA YOUTH
CENTRE 1958-2003 |
|
45 sena hidma fost iz-Zghazagh ta’
Rahal Gdid |
|
M.P. |
|
Il-Paola Youth Centre gie inawgurat nhar
it-28 ta’ Settembru 1958 mill-E.T. Mons Arcisqof Mikiel Gonzi, ghal guvintur li
ma kienu fl-ebda Ghaqda biex jghinhom jiksbu formazzjoni nisranija soda
filwaqt li jipprovdilhom post ghal rikrejazzjoni onesta. Dan seta’ jsir grazzi ghal-hidma,
dedikazzjoni u vizjoni tal-habrieki Dun Guzepp Caruana. Ghalkemm
mat-twaqqif tieghu l-Youth Centre kien jilqa’ fih guvintur
biss ma damx wisq li fetah il-bibien tieghu ghat-tfajliet u aktar tard ghal
dawk it-tfal, subien u bniet, li kienu ghamlu l-Grizma. Fl-1962
infethet is-Sezzjoni tax-Xebbiet u b’hekk il-Youth Centre seta’ jilqa’ fih kemm guvintur kif ukoll tfajliet. Fil-15
ta’ Dicembru 1963 tpoggiet statwa tal-Madonna fuq il-bejt tal-post
tax-xebbiet u d-dar issemmiet ‘DAR IL-MADONNA’. Fis-sena 1974
inbena s-sular ta’ fuq tal-post tal-guvintur. Fl-1983 bhala tifkira tal-25 Anniversarju tac-Centru nfetah il-Catholic Book Centre. Fis-17 ta’ Marzu 1992 'Dar
il-Madonna' u l-Book Shop inqerdu
ghal kollox wara spluzzjoni u nirien kbar.
Illum inbnew mill-gdid u qed
ihallu hafna gid. Minn
mindu twaqqaf, il-Youth Centre
kellu hafna benefatturi minn Malta
u Ghawdex. Zaruh bosta personalitajiet distinti kemm
Maltin kif ukoll barranin. Fost dawn
insibu Presidenti ta’ Malta, il-Kardinali Slypy, Beran, Lercaro u O’Fiaich,
l-Isqfijiet Gonzi, Galea, Gerada Mercieca, Fiordelli u Sabbatani kif ukoll
il-Gvernatur Sir Maurice Dorman u
Lady Dorman Il-Youth Centre
ta l-opportunita’ liz-zghazagh Pawlisti biex jattendu laqghat ta’ formazzjoni religjuza,
Quddiesa kull nhar ta’ Hadd u fl-ewwel
Gimgha tax-xahar u anki rtiri. L-attivitajiet socjali, edukattivi u
rikrejattivi ma naqsux u mill-bidu nett kienu jsiru hikes, indoor games, get-togethers, week-ends f’San Pawl il-Bahar
fix-xhur tas-Sajf. Fil-granet
tal-Milied dejjem kien hemm attivita’ kbira biex jigu organizzati parties ghat-tfal ta’ Rahal Gdid,
ghall-Anzjani u ghall-persuni bi bzonnijiet specjali. Il-Karru ta’ Father Christmas jqassam ir-rigali
lit-tfal ta’ Rahal Gdid u ta’ rhula ohra jew dak tal-Presepju Haj kien ferm
mistenni. F’Jannar
2001 sar tibdil fil-mod ta’ tmexxija tal-Youth
Centre. Il-Kumitat
b’konsultazzjoni mal-leaders taz-Zghazagh
Azzjoni Kattolika (Z.A.K.) hejjew
pjan ta’ aggornament biex il-hidma tac-Centru tkun aktar effettiva skond
il-htigijiet taz-zghazagh tal-llum. Illum
hemm tliet gruppi ta’ etajiet. Tnejn
minn dawn (11-12; 13-14) jiltaqghu kull nhar ta’ Gimgha fis-7.00pm. Il-grupp ta’ fuq il-15-il sena jiltaqa'
nhar ta’ Gimgha fit-8.00pm. |