|
MESSAGG TAL-PAPA
GHALL-GURNATA MISSJUNARJA 19 ta’ Ottubru 2003 |
|
Marija u l-Missjoni tal-Knisja fis-Sena tar-Ruzarju |
|
Fil-mesagg
tieghu l-Papa Gwanni Pawlu II qal li f’ebda zmien iehor il-Knisja ma kellha
tant possibbiltajiet li thabbar lil Gesu’ bhal-lum, bis-sahha ta’ l-izvilupp
tal-mezzi ta’ komunikazzjoni socjali.
F’dan l-isforz mhux hafif, il-Knisja taf li hija meghjuna minn Marija. Taht
il-harsa ta’ Ommna Marija, il-komunita’ ekklezjali tikber bhala familja
msahha bil-qawwa ta’ l-Ispirtu. Waqt
li tilqa’ l-isfida ta’ l-evangelizazzjoni gdida, hija tikontempla l-wicc
hanin ta’ Gesu’ fl-ahwa, specjalment fil-foqra, f’dawk li huma fil-bzonn,
f’dawk li huma mbeghdin mill-fidi u mill-Evangelju. Jinhtieg
li jithejjew evangelizzaturi kapaci u qaddisin; jinhtieg li ma tiddghajjifx
il-hegga fl-appostli, specjalment ghall-missjoni ad gentes. Il-hidma ta’ l-animazzjoni missjunarja
ghandha tibqa’ tkun impenn serju u kostanti ta’ kull min hu mghammed u ta’
kull komunita’ ekklezjali. L-Opri
Missjunarji Pontifici ghandhom rwol aktar specifiku u partikulari. Ir-Ruzarju
huwa ghodda spiritwali u istruttiva ghall-formazzjoni tal-Poplu t’Alla biex
jahdem fil-qasam kbir tal-hidma appostolika.
Il-Papa ssuggerixxa u stieden lil kulhadd: kbar u zghar, zghazagh u
anzjani, familji, parrocci u komunitajiet religjuzi biex jghidu r-Ruzarju
wahedhom jew ma’ ohrajn biex jinqalghu dawk il-grazzji li l-Knisja u
l-umanita’ l-aktar li ghandhom bzonn. Il-Papa jikkonkludi l-Messagg tieghu billi jghid li
jekk ir-Ruzarju jirregola r-ritmu ta’ hajjitna, jista’ jsir strument specjali
biex nibnu l-paci fil-qalb tal-bnedmin, fil-familji u fost il-popli. Ma’ Marija nistghu niksbu kollox minghand
Binha Gesu’. Meghjunin minn Marija,
ma nibzghux niddedikaw ruhna generozament ghax-xandir ta’ l-Evangelju sa truf
l-art tad-dinja. |