ID-DIZABILITA’ U L-ISPIRITWALITA’

 

Gordon Cardona

 

Dan il-messagg twassal minn zghazaugh mill-parrocca taghna,

f’isem il-Knisja Kattolika f’Malta,

waqt laqgha ta’ Religjonijiet differenti

organizzata mill-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita’.

 

Persuni b’dizabilta’ f’Malta ferhu hafna li s-sena 2003 giet iddikjarata s-Sena Ewropea tal-Persuni b’Dizabilita’.   Ahna ferhanin li qed nippartecipaw u niehdu sehem b’mod attiv f’dawn l-attivitajiet.   Jiena nhossni onorat li llum qieghed hawn f’din il-laqgha ta’ religjonijiet differenti organizzata mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita’.   Nittama li l-kontribut tieghi jghin fl-izforzi biex ikun hawn is-solidarjeta’, l-unita’ u l-paci mad-dinja kollha.

 

Ir-rejaltajiet li niffaccjaw bhala ndividwi huma ovvji.   Ahna differenti fit-twemmin taghna, l-kultura, s-sess u f’hafna affarijiet ohra.   Il-fatt hu, li l-anqas fi hdan is-Socjetajiet taghna ma nistghu nghidu li zewg individwi huma l-istess.   Madankollu, ahna ninsistu li nittimbraw wiehed lil iehor bhala, “b’dizabilita’, sewda il-lista ma tispicca qatt.   Imma jista’ jkun li isem verament jigbor il-kwalitajiet unici ta’ persuna?   Sfortunatament, kull isem li nixtiequ naghtu biex niddiskrivu persuna jibqa’ biss ideja vaga tal-persuna.   Sakemm ahna nibqghu naqsmu lil xulxin b’dan il-mod, qatt mhu ser ikun hemm tmiem ghall-konfini jew gwerer.   U minhabba f’hekk, fid-dinja li qed tinbidel b’mod mghaggel, ahna rridu nsibu dawk l-elementi komuni li jghaqqduna bhala familja umana, u anke modi biex nassiguraw li l-umanita’ taghna hi rispettata.

 

Ahna qeghdin hawn biex niccelebraw id-dinjita’ tal-persuna umana, hi min hi u hi fejn hi.  L-ahhar seklu ra l-kruha ta’ gwerer li ppruvaw iwaqqghu d-dinjita’ tal-hajja umana.   Il-persuni umani spiccaw numri, statistika u oggetti biex tilhaq xi ghan.

 

Ahna rridu nzommu u niddefendu d-dinjita’ taghna ghax dik hi li taghtina valur bhala esseri umani.   “Persuni ghandhom dejjem jigu ttrattati bhala ghan u qatt bhala mezz” (Emmanuel Kant)  u ghanijiet  huma ahna, persuni b’possibilitajiet u b'potenzjali li noholqu u nbiddlu d-dinja ghall-ahjar.   Imma din hi l-ghazla taghna.

 

Fuq  il-Muntanja  Sinai,  Mose’ staqsa x’isem irid isejjah  lil  Alla,  imma  Alla  wiegbu:  “Jien hu dak li Hu”.   X’ifisser dan?       Hi   x’inhi   r-religjon   taghna,   jew jekk  ahna differenti b’xi mod jew iehor, nibqghu esseri umani   kapaci    li   nhobbu.      Ahna    ma nistghux naharbu c-ciklu tal-hajja u l-mewt.   Ahna    lkoll    ugwali    f’ghajnejn    Alla.  Madanakollu ahna ma jirnexxilniex  naghrfu s-santita’ u l-fragilita’ tad-dinjita’ umana u nkabbru   d-differenzi   ta’   bejnietna      li jwasslu ghall-inugwaljanzi madwar id-dinja.

 

Sakemm id-dinjita’ ta’ l-esseri umani ma tigix rrispettata, il-holma ta’ l-ugwaljanza vera bejn il-poplu qatt ma se issir rejalta’.   Id-diskriminazzjoni tipproklama li wiehed hu ahjar mill-iehor, li persuni umani mhumiex ugwali.   Id-diskriminazzjoni hi ingustizzja krudili li tolqot bil-qawwa d-dinjita’ umana u twassal ghall-konflitt u aktar firda.

 

Ghaliex il-popli huma daqshekk maqsuma?  Jiena nghid li dan hu minhabba n-nuqqas ta’ fidi u mhabba.   Ahna sirna nemmnu fl-isterjotipi ta’ mohhna u ninjoraw il-persuna rejali.   Il-fidi titlobna li mmorru ‘l hinn mill-gharfien taghna, ghax bhal ma qal Gesu’ – kif tista thobb lil Alla li ma tarax jekk ma thobbx lil huk li tista’ tara?   Ahna rridu nkunu ppreprati  li nhobbu lil xulxin bla kundizzjoni.   Ghad-dinja kollha, idejal bhal dan jidher bhala xi haga mpossibli.

 

Jiena nista’ nghid li niksbu l-unita’ fid-diversita’ hi prospett eccitanti hafna.   Bil-ghajnuna t’Alla u minkejja d-diffikultajiet personali taghna, jiena nemmen li nistghu naghmlu xi haga biex nibdlu d-dinja.   Id-diversita’ hi, wara kollox, dak li taghmel ir-razza umana krejazzjoni ta’ l-ghageb.   Il-lingwi, l-invenzjonijiet, it-tradizzjonijiet, il-kulturi, ic-civilizazzjonijiet…..fejn ser nieqaf?   L-istorja wrietna li nistghu noholqu affarijiet kbar flimkien imma nistghu wkoll nfarrku dak kollu li ghandna.   Biex nassiguraw il-prosperita’ taghna, id-dinjita’ tal-persuna umana trid tigi rrispettata mill-koncepiment sal-mewt.   Xejn ma jrid jigi qabilha.   Xejn ma johdilha postha.

 

Ahna m’ahniex l-istess, ahna differenti f’hafna affarijiet.   Imma l-fatt jibqa’ li ahna nistghu nahdmu flimkien ghall-ugwaljanza.   Bhal ma Alla jittrattana bhala ugwali, ahna rridu nahdmu biex nittrattaw lil xulxin bhala ugwali.   Id-differenzi ser jibqghu dejjem u dak hu li jaghmilna daqshekk specjali.   Anke jekk ahna unici fid-dinja, ahna wkoll naqsmu wirt uman komuni.

 

Ahna naghmlu sejha lill-awtoritajiet civili u religjuzi biex jaghrfu d-dinjita’ tal-persuni b’dizabilita’ u jaghrfu l-kontribut taghna fis-socjeta’ u fil-komunitajiet religjuzi.   Id-dritt li ma nkunux diskriminati jrid ikun mizzewweg ukoll mad-dritt li nibbenefikaw minn mizuri li jassiguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni u l-participazzjoni fil-hajja tal-komunita’.

 

Il-missjoni taghna, bhala persuni ta’ fidi, hi li nittamaw fl-impossibbli.   Il-fiducja taghna f’Alla ghandha timmotivana li mmoru ‘l hinn minn dak li jifridna; anke ‘l hinn mill-gharfien taghna.   Kull wiehed u wahda minna llum ghandu jimpenja ruhu li jipprova jhobb lil persuna ohra ghal dak li hu jew hi.   Il-fidi taghna hi bhal pass fid-dlam, imma ahna rridu nkunu lesti li naghmlu l-ewwel pass ghad-destinazzjoni finali taghna; l-unita’ fid-diversita’ u d-dinjita’ lill-umanita’ kollha.

 

Hosted by www.Geocities.ws

1