|
IMHABBA U QLUBIJA |
|
Guze' Chetcuti |
|
Kull meta jfigg it-Tmienja ta’ Settembru, Mghobbi bi grajjiet kbar ta’ rebh u sliem, Malta mahbuba, nara kemm hi safja L-imhabba li rnexxielek ‘il quddiem. Nara ‘l uliedek fuq l-imrammi mfarrka, B’dirghajhom shah, bix-xwabel mislutin, Isejhu ismek, u mas-sejha jisbel U jbaqbaq demmhom – demmhom ta’ Maltin. Tibda t-tislita: mewga wara mewga Jaslu l-eghdewwa jaqghu taht in-nar, Ma’ l-art jitbewwes in-Nofs Qamar kburi Mghaffeg fit-trab u mormi taht is-swar. Malta rebhet. Imma ghadu ehrex, Aktar qalil f’ghamilu, deher maz-zmien: Mill-oghla sema zera’ mewt u herba, U halla wrajh tigrif, qerda u nirien. Izda l-imhabba tal-Maltin qalbiena, Li bkew, li ndarbu, li batew, li mietu, Baqghet tisfida l-ghadab u l-hruxija, U ‘l-ghadu, mkasbar u tellief, keccietu. Kull meta jfigg it-Tmienja ta’ Settembru, Bid-dawl tar-rebh li jxerrdu z-zminijiet, Malta mahbuba, bil-jedd kollu nhossni Imkabbar b’dan il-jum ta’
tifkiriet. |
|
|