RAHAL  GDID  80 SENA  ILU...

 

Jasal fostna d-dawl elettriku

Alfred Ellul Galea

 

F’hargiet ohra ta’ Is-Saltna rajna li l-1923 kienet sena mportanti ghan-nies ta’ Rahal Gdid meta nghata bidu ghall-bini tal-knisja parrokkjali gdida.   Izda fl-ewwel snin ta’ wara l-ewwel gwerra dinjija (1914-1919) minbarra din il-grajja mportanti fil-hajja religjuza tal-Pawlisti sehhew ukoll zviluppi ohra fil-qasam socjali li kienu ta’ beneficcju kbir, fosthom id-dawl elettriku.   U kien propju f’Awissu ta’ dik is-sena, jigifieri tmenin sena ilu wkoll, li wasal id-dawl elettriku f’Casal Paula.

 

Dak inhar il-Pawlisti, li kienu jlahhqu madwar 6000 ruh, bhal abitanti fi bliet u rhula ohra kellhom it-toroq ta’ dawn l-inhawi mdawwla permezz tal-lampi taz-zejt jew tal-pitrolju.   Wiehed ma jridx jinsa li f’Malta mhux kullimkien kien hemm id-dawl bil-gass.  Fil-fatt id-dawl elettriku nxteghel ghall-ewwel darba fil-gzejjer Maltin f’Dicembru ta’  l-1896 meta bdiet tahdem il-power station u l-postijiet li messithom din ix-xorti kienu l-Belt Valletta, il-Floriana, il-Port il-Kbir u t-Tlett Ibliet tal-Kottonera.

 

Izda kellhom jghaddu ftit inqas minn tletin sena qabel ma Rahal Gdid messitu l-istess xorti.   Ix-xoghol ta’ komunikazzjoni biex dan is-servizz jitwassal fid-djar privati tar-residenti ta’ Rahal Gdid inghata bidu lejn tmiem is-sena 1920 u kien hemm xi zmien li waqaf ghal kollox.   Il-main cable ta’ taht l-art mill-Habs sa Pjazza Paola, kantuniera ma’ Triq Haz-Zabbar kien ga tqieghed sa sena wara filwaqt li thejja l-lok fejn kellhom jitwahhlu l-arbli tad-dawl.

 

Fil-misrah ewlieni ta’ Rahal Gdid twahhlu hames arbli, jew kif kienu jsejhulhom “lampuni” bhal dawk li kienu tqieghdu fi Strada Rjali (illum Triq ir-Repubblika) gewwa l-Belt kapitali Valletta.   Dawn kienu jibdew minn hdejn il-ghajn jew funtana li kienet quddiem fejn illum hemm  il-Kazin tal-Hibernians F.C. u jibqghu telghin sa hdejn l-ispizerija ta’ Portelli  (Triq Hal-Luqa kantuniera ma’ Triq Palma).

 

Il-jum tant  mistenni minn nies ta’ Rahal Gdid wasal fl-ewwel gimgha ta’ Awissu 1923.   Dak inhar filghaxija nxteghel ghall-ewwel darba d-dawl elettriku fid-djar privati  f”dawn l-inhawi u fil-hwienet tal-pjazza.   Is-sidien tal-hwienet hadu hsieb li ghal din l-okkazjoni specjali jaghmlu mixeghla jew illuminazzjoni generali.   Ewlenin fost dawn kien is-Sur Salv Carabott, proprjetarju tat-Teatru La Pace, li fuq il-bieb principali wahhal elf xama’.

 

Gurnal ta’ dawk iz-zminijiet, filwaqt li rrefera ghal din l-okkazjoni ssokta jaghti stampa ta’ atmosfera sabiha li rrenjat dak inhar b’dan il-kliem:   “……il-pjazza (ta’ Rahal Gdid) b’dak id-dawl kollu mghejjun minn qamar kwinta li kienu jirrisplendu fuq is-sigar kbar u l-bini, kienet thabbatha ma’ l-isbah bliet ta’ barra.”   Il-korrispondent tant baqa’ msahhar b’din ix-xena li sahansitra qal li mill-gholja ta’ Tal-Borg  sthajlu qieghed fil-bajja ta’ Napli.

 

Interessanti l-osservazzjoni li ghamel dan il-korrispondent ghax ma rridux ninsew li x-xena li ra ftit li xejn kienet imxekkla mill-bini.   Il-gnub fejn kellha titla l-knisja l-gdida, kif ukoll warajha, kienu ghadhom ghelieqi u kien biss f’nofs l-ghoxrinijiet tas-seklu l-iehor li bdew telghin id-djar f’dawn l-inhawi.   Bizzejjed wiehed isemmi li bejn l-1925 u l-1927 inghata bidu tad-djar imsejha “Djar tal-Haddiema” f’Tal-Borg.

 

Hosted by www.Geocities.ws

1