|
L-ESPERJENZA
TIEGHI FIL-PARROCCA… |
|
Dun Charles
Cini |
|
Is-sentejn
li ghamilt fil-parrocca ta’ Kristu Re kienu ghalija sentejn sbieh u mportanti
hafna fil-hajja tieghi li ma ninsiehom qatt.
Meta gejt fl-ewwel sena kont ghadni Djaknu u ghalhekk kienu mportanti
ghaliex bil-mod il-mod bdejt nitghallem fil-prattika dak li jaghmel
is-sacerdot, bhal omelija,
tberik fid-djar u maghmudija fost l-ohrajn. Nista’ nghid kemm sibt kuragg u ghajnuna
minn ghandkom biex stajt nibda’ l-ewwel esperjenzi tieghi. Izda dan nista’ nghidu aktar fit-tieni
sena bhala sacerdot fejn b’sens ta’ hbiberija kontu ta’ kuragg f’kull
mument. Zgur li mhux ser ninsa l-ferh
li qsamtu mieghi meta gejt ordnat sacerdot gdid. Nixtieq
li niehu din l-okkazjoni biex nghidilkom GRAZZI minn qalbi mhux biss tal-kuragg u s-sapport
li dejjem urejtu mieghi, izda wkoll ta’ l-opportunita’ li tajtuni biex insir
nafkom u ghalhekk nista’ nghid kemm jien kburi bikom, il-Pawlisti. Issa sfortunatament dan iz-zmien wasal
fit-tmiem tieghu ghaliex Mons Arcisqof ghogbu jibghatni f’parrocca ohra. Izda zgur li l-apprezzament tieghi lejn
kull wiehed u wahda minnkom mhux ser ninsieh qatt. Grazzi specjali tmur lill-Kappillan u
l-Membri tal-Kleru li dejjem sibthom
ta’ ghajnuna f’kull ma kelli bzonn. Filwaqt
li nsellmilkom ma rridux ninsew biex ma nieqfu qatt nitolbu ghal xulxin. Nitolbu b’mod specjali ghal parrocca biex
dejjem tkun Saltna hajja ta’ Kristu Sultan.
Nitolbu wkoll ghal aktar vokazzjonijiet sacerdotali u religjuzi li
jistghu johorgu mill-familji taghkom.
Il-Mulej iberikkom ilkoll. __________ Nota tad-Direzzjoni Minn qalbna nawguraw lil Fr
Charles success fil-hidma pastorali gdida li se tigi
fdata f’idejh. |