|
IL-FESTA
GHADDIET |
|
Raymond Vella Gregory Supretendent - III Distrett |
|
L-ghada tal-festa mhux kulhadd jghaddieh l-istess. Hawn min imur ix-xalata, min joqghod izarma
u min jiehdu bhala jum ta’ mistrieh. Pero’ ghal kull min ghandu
anke l-icken sehem fl-organizazzjoni tal-festa dan huwa jum ta’
riflessjoni. Ghal kull min hu responsabbli, meta tghaddi l-festa
jirringrazzja l’Alla li kollox ghadda b’wicc il-gid. Pero’ xorta jibqa l-fatt li ssir
riflessjoni kemm fuq dak li gara, jew kellu jigri u ma garax u fuq kollox,
kif nistghu mmorru ahjar fil-festa jew festi futuri. U nistieden lil kull wiehed u wahda minna,
b’mod specjali lil dawk li ghandhom sehem dirett fl-organizazzjoni tal-festa,
biex bis-sincerita’ kollha jahseb fuq dawn il-punti li gejjin u filwaqt li
jfittex il-verita’, isib is-soluzzjoni biex l-affarijiet imorru ahjar. ·
Kollox mar kif xtaqt jew kif kien ippjanat? ·
Ghamilt xi haga li ma kellix nghamilha jew m’ghamiltx dak li suppost
kelli naghmel? ·
Ghemili u kliemi kienu dawk mistennija minni bhala nisrani u cittadin
tajjeb? ·
Wara li ngharbel sewwa r-responsabilita’ li ghandi, erfajt il-piz li
kelli nerfa’ u ghas-snin li gejjin kif se nuza din ir-responsabilita’? Jien, f’isem shabi tal-Korp nixtieq nirringrazzja
lir-Rev. Kappillan u l-Kleru, lill-Kumitat tal-Festa, l-Kumitati kollha ta’
l-Ghaqdiet u lil kull min ta sehemu fil-festa ghall-koperazzjoni li wrew
maghna matul il-granet tal-Festa.
Grazzi minn qalbi u j’Alla din il-koperazzjoni mhux biss tibqa’
fil-jiem tal-festa izda tkompli tikber dejjem matul il-granet kollha tas-snin
futuri. |