|
IL-KELMA TAL-KAPPILLAN |
|
Dun Noel Vassallo |
|
L-Ghazliet |
|
Inhoss li wahda mill-aktar affarijiet importanti
fil-hajja tal-bniedem hija li jaghmel ghazliet tajbin li jghoddu ghalih
f’hajtu. Ghalhekk insibu l-ghazla ta’
kif se tqassam il-hin tal-gurnata; f’liema skola se tibghat lil uliedek;
liema suggetti se taghzel fl-iskola; liema Ghaqdiet se tkun membru fihom;
liema xoghol tahseb li jghodd ghalik; liema hi dik il-lokalita’ li tixtieq
tmur toqghod fiha; liema hu dak il-partner
li l-izjed jghodd ghalik, ecc, ecc. Kull decizjoni fiha l-piz taghha u titlob
il-maturita’ mhux biss ta’ min se jehodha, izda wkoll ta’ min jghin jew
jaghti parir jew juri l-fehma tieghu dwar dik id-decizjoni. Decizjonijiet zghar jista’ jkollhom
importanza daqs dawk kbar avolja fid-deher ma jidhrux hekk, per ezempju: li
mort xi attivitajiet ma’ xi hadd ma tidhirx li hi xi haga kbira, izda
l-effetti ta’ dawk in-nies fuqek jistghu jkunu kbar. Li tibghat messagg lil xi hadd mhix xi
haga kbira, izda li dak il-messagg ifisser bidu ta’ relazzjoni tfisser hafna. L-ghazliet taghna jitolbu minna serjeta’ u biex
nehduhom sew iridu jkunu mibnija fuq id-dawl ta’ l-Ispirtu s-Santu. Ejjew nitolbu lil Mulej u biex nitolbu
jenhtieg li naghzlu l-hin u l-post tat-talb taghna ta’ kuljum. AWGURI. |