KUMMENTI    U   TRUFIJIET

 

Hekk  sew?

 

Dan l-ahhar thabbret is-somma li qed tintefaq mill-parrocci fil-festi, somma li ma tirriflettix il-verita’ tan-nefqa shiha tal-festi Maltin u Ghawdxin ghaliex dak li deher huwa biss dak li jonfqu l-kappillani.   Nahseb li ftit huma dawk li jafu kemm jonfqu l-kazini tal-banda, dawk li jiehdu hsieb il-kmamar tan-nar, individwi ohra involuti fl-armar tal-festi u tant u tant ohrajn.

 

Filwaqt li din hija xi haga li trid tigi diskussa fuq bazi nazzjonali, forsi tajjeb li naghmlu mistoqsijiet fuq il-parrocca taghna.

 

Imkejjen qrib il-Kumitat tal-Festa dejjem jilmentaw li l-poplu mhux jaghti bizzejjed, lanqas biex tithallas l-ispiza tad-dawl  li jinxteghel ghall-festa.   Tajjeb li nghidu wkoll li hemm partijiet zghar fejn il-festuni tad-dawl qed jintramaw minn gruppi ta’ nies li joqghodu f’dik il-parti tal-parrocca jew anke minn xi kazin.   Tajjeb li anke wiehed ikun jaf li l-ispiza tad-dawl ma tkoprix l-armar tal-knisja ghaliex  s’issa din kienet qed tigi armata mill-voluntiera.

 

Mill-ftit li nisma, kazini ta’ rhula ohrajn mhux dejjem qeghdin idahhlu donazzjonijiet, sponsors, u gbir minn attivitajiet biex ikollhom fondi bizzejjed biex ikopru l-flejjes kbar li jintefqu waqt il-festi u dawn is-socjetajiet qed jispiccaw bid-dejn li jakkumula minn sena ghal ohra.   Nisperaw li l-kumitati u l-kazini li jiehdu sehem fil-festa taghna ma jigrilhomx bhal dawn!   Mhux li taghmel bhal haddierhor jghodd, izda li tkejjel sa fejn tiftah tasal!

 

J’alla il-poplu Malti jerga jibda jaghti kaz tal-fatt li ma jistax jibqa’ jivvinta affarijiet aktar milli jwassal il-but.

 

Nawguralkom il-festa t-tajba!

 

Hosted by www.Geocities.ws

1