Esperjenza ta’ 3 zghazagh  fl-Olanda – Euroforum 2003

Buren, Netherlands

 

Jean Paul Attard Biancardi

 

Yana Brincat

Kristian Gilson

 

X’jista wiehed jghid dwar l-esperjenza li ghaddejna fil-Euroforum ta’ din is-sena li gie mtella’ fil-villagg pittoresk ta’ Buezren, fic-centru ta’ l-Olanda?   Xejn ghajr li kienet esperjenza tal-genn li mhux facli tinsiha.

 

Dan l-avveniment ilaqqgha fih il-leaders tal-gruppi KattolicI fl-Ewropa kollha.   Konna madwar 120 persuna, 7 minnhom Maltin, ta’ kull eta’.   Qattajna erbat ijiem niddiskutu diversi suggetti.   Kull tema kellha grupp ta’ madwar 15 il-persuna.    Il-grupp tieghi ttrattajna t-tolleranza.   Tkellimna u ddiskutejna fuq il-bullying fuq it-tfal tal-gruppi taghna.   Qsamna esperjenzi kiefra fuq is-suggett u nghatajna pariri kif nittrattaw ma’ dawn it-tfal.

 

Fuq nota aktar posittiva, kien hemm grupp fuq hin tal-loghob u anki fuq iz-zfin.   It-temp hadem favorina, ghalkemm kienet xemx taqli l-fniek.   Dan kien cans biex tiltaqa’ ma’ nies minn diversi pajjizi, b’mentalita’ opposta tieghek.   Ghal bidu thossok qiesek huta barra mill-ilma, imma l-participanti kienu tant umli u amikevoli li wara ftit tal-hin taghmel hbieb ma’ kulhadd.

 

Il-post kellu l-karatteristici ta’ kif wiehed jimmagina l-Olanda - hadra, mimlija merhliet ta’ baqar, moghoz u zwiemel u fuq nota personali nghid li huwa zball li tmur l-Olanda u ma tafx issuq ir-rota.   Din tintuza minn nies ta’ kull generazzjoni.   Hafna mill-loghob li kellna sar fl-ambjent ta’ madwarna bhal xmajjar, knejjes u l-uzu tar-roti.

 

Dawn l-attivitajiet ghallmuni napprezza l-ambjent li tana Alla.  Kienet esperjenza li ma tantx nghaddu minnha ta’ spiss u li tghallmek tikber u timmatura.   Esperjenza li tolqot il-gosti ta’ kulhadd u li ma stennejtx bhala.   Imma meta tghixha thossok kbirt moralment u fizikament.

 

Irrid inrodd hajr lill-grupp Jong Nederlands (Young Netherlands) talli ospitawna u issa qieghed inhares ‘l quddiem biex dak li tghallimt nattwah ma’ dawk li ghandhom bzonn l-ghajnuna.

 

IL-LAQGHAT  Z.A.K.  ISIRU  FI  GRUPPI  ZGHAR

ZGUR  SE  SSIB  XI  HADD  TA'  L-ETA'  TIEGHEK

 

Il-Gimgha mis-7.00 sat-8.00 pm (1 sular)

Adolexxenti bejn 11 u 12-il sena

Il-Gimgha mis-7.00 sat-8.00 pm (2 sular)

Zghazagh bejn 13 u 14-il sena

Il-Gimgha mit-8.00 sad-9.00 pm (1 sular)

Zghazagh minn 15-il sena 'l fuq

 

 

IL-LAQGHAT  ISIRU  FIC-CENTRU  Z.A.K.

HDEJN  IL-CATHOLIC  BOOK  CENTRE

FIL-PJAZZA  TA'  RAHAL  GDID

 

Hosted by www.Geocities.ws

1 1 1 1