IZ-ZJARA  F'MALTA  TAR-RELIKWI

TA'  SANTA  TEREZA  TAL-BAMBIN  GESU'

 

Fr Alfred V. Grech O.C.D.

 

Santa Tereza tal-Bambin Gesu’ f’hajjitha  stqarret  li kienet se tqatta’ l-genna  taghha  taghmel il-gid fuq l-art u  li kienet  se tixhet  mill-genna xita  ta’ ward fuq id-dinja.      Din   il-weghda Santa Tereza  zammitha.    Fil-fatt, wara li  giet  ddikjarata Duttur tal-Knisja, l-Urna bil-fdalijiet  umani taghha baqghu  jduru ma’ ghadd kbir ta’ pajjizi madwar id-dinja.   Kull fejn qed jersqu r-Relikwi taghha qed  jinxterdu ruxmata ta’ grazzji spiritwali fuq dawk li, b’fidi sinciera, jersqu lejn Therese biex hi twassalhom ghand Gesu’ li hi tant kienet thobb.

 

Issa wasal iz-zmien li Santa Tereza taghmel zjara wkoll f’pajjizna.   Fil-fatt il-fdalijiet umani ta’ din il-qaddisa se jaslu fostna nhar il-Hadd, 20 ta’ Lulju u se jibqghu maghna sas-Sibt 9 ta’ Awissu.

 

Matul dawn l-ahhar disa’ xhur, f’hafna Parrocci f’Malta u f’Ghawdex, bdiet issir thejjija ghall-migja tar-Relikwi ta’ S. Tereza permezz ta’ Wirja interessanti hafna dwar il-Qaddisa u permezz ta’ attivitajiet ohra.   Dan ghamilnieh biex jasal ghand kulhadd il-messagg spiritwali ta’ din “l-akbar qaddisa taz-zminijiet moderni”, kif sejhilha l-Papa Piju X.    L-iskop tal-migja tar-Relikwi f’Malta hu pellegrinagg spiritwali li jista jolqot l-ispirtu profond tal-bniedem u mhux sempliciment avveniment devozzjonali.   Nixtiequ li S. Tereza, bl-esperjenza u bit-taghlim taghha, twassalna biex ikollna esperjenza qawwija ta’ Gesu’.

 

Hosted by www.Geocities.ws

1