JIENA  NEMMEN...  U  INTI ?   (10)

 

Fr Michael Bellizzi

 

Issa li wasalna fl-ghaxar episodju minn dawn is-serje ta' artikli, hsibt li ma tkunx ideja hazina li nergghu naraw ftit x'ghidna s'issa.  Bdejna billi ghamilniha cara li kull bniedem ghandu xi forma ta' twemmin.  Anke min jiddikjara lilu nnifsu "ateju" jew bla alla, issib li almenu jhaddan principji li jmexxuh fil-hajja, per ezempju li ma jaghmilx hsara lil ta' madwaru.  Ghidna li r-religjon hija xewqa profonda f'kull bniedem ghax ahna m'ahniex biss gisem, li jhoss u li jahseb, imma wkoll ruh. Alla lilna fdalna hajja differenti minn dik tal-bqija tal-holqien.  Ghamilna kapaci niehdu responsabbilta' ta' hajjitna.  Imma mhux responsabbilta' kapriccjuza.  U biex jien u int inkunu nistghu ingorru din ir-responsabbilta' nehtiegu l-ghajnuna ta' Alla nnifsu.

 

Din l-ghajnuna Alla jaghtiha b'diversi modi u manjieri.  Hemm gibda fil-bniedem li tghinu japprezza t-tajjeb.  Hemm il-kuxjenza li ggieghlu jinduna meta jkun se jaghzel il-hazin, u timbuttah biex jindem u jitlob mahfra meta jkun wettaq il-hsieb hazin tieghu.  Hemm il-kwalitajiet naturali li bihom il-bnedmin jibnu d-dinja ta' madwarhom u jmexxu l-hajja ta' bejniethom (sens ta' gustizzja, tjubija, kuragg).  Hemm ir-religjonijiet li semmejna qabel, li jwasslu 'l min jehodhom bis-serjeta' biex jaghraf il-verita' dwar Alla.  Imma fuq kollox hemm Gesu', il-Bniedem-Alla.  Lilna Alla tana r-rigal li nkunu nafu dwar Gesu'.  Ilna nisimghu bih sa minn meta konna zghar.  Tghallimna dwaru, ircevejnih, tlabnih jahfrilna u lqajna l-Ispirtu tieghu.  Xi jmiss?  Forsi li nhallu 'l Gesu' jmexxi l-hajja taghna hu?

 

Parti mill-ghajnuna li Alla jaghtina bhala nsara hi l-grazzja li dejjem naghrfu lil Gesu' u li nkunu nafu xi jrid minna.  Din hi grazzja li Alla jaghtiha wkoll lil dawk li jduru lejn Kristu minn religjonijiet ohra.  Dawn qisu f'salt wiehed jaghrfu li Gesu' hu dak li se jiehu responsabbilta' ta' hajjithom jekk huma jtuh il-liberta' u r-rieda taghhom.  Dan il-pass tant jehduh bis-serjeta'.  U jien u int li twelidna f'dan il-"privilegg", biex insejhulu hekk, kemm niehdu bis-serjeta' dak li Gesu' jitlob minna?

 

Ir-ruh fil-bniedem hi bhal Gesu' fid-dinja.  Hafna jdejjaqhom il-hsieb li Gesu' jista', wara kollox, ikun ic-centru ta' kull ma hemm u li minghajru ma hemm xejn.  Jippruvaw jghixu qisu mhux hemm, ma jikkalkulawhx.  Fil-fatt, anke dawk li ma jemmnux jew li jhaddnu twemmin iehor, ilkoll huma ta' Gesu'.  Ilkoll se jkollna niffaccjaw il-konsegwenzi ta' hajjitna quddiem Alla meta Gesu' joffri l-holqien kollu lil Missieru, fl-ahhar taz-zmien.  U hemm kulhadd ikun jaf il-verita'.  Inkun naf hadtx hsieb 'l ruhi, jew inkella nkunx ghixt bhallikieku kont gisem biss.

 

Bhala nsara nafu li r-ruh u l-gisem jistghu ikunu "kontra xulxin" fis-sens li jekk inpaxxi lil gismi f'kull ma jridni naghmel mhux talli nkun qed niddghajjef fir-ruh, imma wkoll inkun qed neqred il-hajja kuntenta li minghalija nkun se nakkwista.  Kemm niltaqa' ma' nies li l-imgiba taghhom ma tkunx ta' bnedmin, ahseb u ara ta' nsara.  U jkunu tant decizi li jwettqu dak li mohhhom ikun qalilhom jaghmlu, li qishom jitilfu kull sens ta' tajjeb u hazin u ma jkunux izjed kapaci jaghzlu bejniethom.  Naghmlu tajjeb jekk niftakru li dan jista' jigri lil kulhadd, lili u lilek ukoll.  Ghalhekk irridu nkunu ghassa fuqna nfusna, fuq qalbna u mohhna.

 

Irrid nara li ma nsibx ruhi qed nixrob ilma mdardar.  Iva, ghax illum hafna ma jiskruplawx juru bil-miftuh li huma "liberi" u "mohhhom miftuh".  U jistghu jkunu fost shabi li nohrog maghhom, fost shabi tax-xoghol, anke fil-familja stess, u anke fil-knisja.

 

Din ta' l-ahhar hi sfortuna kbira ghax il-knisja suppost toffri "kenn" biex jien u int inkunu nistghu nistriehu ftit mill-piz tal-hajja u nhallu l-Kelma t'Alla u s-Sagramenti jiffriskaw ir-rieda taghna, waqt li naghmlu kuragg b'xulxin u lil xulxin.  Bhal min ihalli l-karozza fil-car park u jmur ghall-affari tieghu mohhu mistrieh ghax hemm min qieghed ghassa mal-vetturi.  Ghandna dmir li nghassu dak li hu taghna, jekk naghrfu l-valur tieghu.  Il-knisja, bhall-fidi, hi taghna. Mela nibzghu ghaliha.

 

Hosted by www.Geocities.ws

1