JESU  CHRISTE

 

Guze' Muscat Azzopardi

 

Int biss Qaddis! Int biss Mulej !  Il-hlejjaq

tas-sema u l-art kollha qaddejja tieghek !

Kollox sar Bik, u kull ma sar jiddejjaq

U jmur fix-xejn jekk ma tirfdux bi drieghek.

 

Int mela grieh id-dinja tista tfejjaq,

int tista’ l-imbeghdin tigborhom mieghek,

int b’Manna wahda tista f’daqqa trejjaq

lil min iqimek u lil min ibighek.

 

Is-Slaten tal-bnedmin illum jew ghada

jigi x’jaqlibhom, u bhal rih jintemmu,

ghax hawn ghal dejjem hadd ma ghandu qaghda.

 

Is-Saltna tieghek biss, Gesu’, Mulejna,

Ma tintemm qatt, ghax jasrek ma fihx hemmu,

U helu l-madmad li bih tersaq lejna.

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1