|
INTERVISTA
MA’ FR JOHN
FARRUGIA |
|
Fr John, kif tqabbel il-hajja sacerdotali
fil-missjoni ma’ hajja ta’ sacerdot f’Malta wara l-esperjenza tieghek ta’
erba’ snin fil-missjoni? Il-hajja
missjunarja hija karizma – don – differenti mill-hajja ta’ sacerdot fil-hajja
normali tieghu ghaliex bhal kull don iehor moghti minn Alla lil kull bniedem
partikulari, il-hidma missjunarja
tikkonsisti fix-xoghol li Alla jqabbdek taghmel biex bih issib postok u
l-kuntentizza f’hajtek. S’issa
l-kuntentizza f’hajti kont qed
insibha fl-Indja, fejn qieghed nahdem fost tribu’ li jghix
fil-foresta fejn hemm jghixu madwar
136 familja. Jien u sacerdot iehor
nghixu maghhom u nghinuhom jghixu hajja umana tajba. Il-gurnata
normali hija maqsuma f’zewg partijiet: filghodu naghmlu l-qadi u x-xoghol
personali taghna u filghaxija xoghol pastorali man-nies fil-familji
taghhom. Alla jahdem fejn jara l-qalb
u l-hidma tal-bniedem. Fr John, issa
ilek tlett xhur Malta tahdem
fostna, dalwaqt sejjer il-Pakistan, x’differenza tara fil-hajja bejn
hemm u hawn? F’Malta
dahal hafna s-sekularizmu, jigifieri materjalizmu, flus, kumdita’ u Alla
m’ghandux say fil-hajja
tal-bniedem. Il-hajja nisranija
f’pajjizna mhix mibnija fuq pedamenti sodi bizzejjed li jifilhu
ghall-kumbattimenti li toffri l-hajja MODERNA ta’ zminijietna. Jiena ninsab impressjonat biz-zwigijiet
imfarrka u l-ugiegh li jgib mieghu.
Hemmhekk min irid jghix il-hajja nisranija jehodha bis-serjeta’ jew
inkella jaghzel li jmur ma’ xi religjon ohra. Hafna maltin mhumiex isibu post ghal Alla
fil-hajja taghhom jew tal-familja taghhom. Grazzi hafna Fr John ta’ dawn il-hsibijiet u f’isem
il-Pawlisti kollha nawgurawlek l-akbar
successi fil-hidma missjunarja tieghek. |