|
ERGAJNA
FTAHNA GHALL-ARMAR |
|
Joe Chetcuti |
|
Kull min jghaddi minn hdejn il-knisja, fi triq Vjal
il-Knisja, jara li l-garage li sa ftit taz-zmien ilu kien ikun maghluq, issa qieghed
jerga jkun miftuh kull filghaxija jekk mhux filghodu wkoll. X’gara? Hemm
xi raguni? Iva dan l-ahhar, wara
hafna insistenza minn naha taghna, l-Kumitat tal-Festa, dan il-garage li ma
kien qed iservi ghal xejn, rega’ ghal darb’ohra ghadda f’idejn
il-Kumitat. Fih qed naghmlu xoghol
ta’ maintenance fuq l-armar tal-festa.
Dan kien possibbli ghar-rieda tajba minn naha tal-Kappillan u
ghad-dedikazzjoni ta’ GEORGE FARRUGIA li din is-sena se jkun responsabbli
mill-armar tal-Festa li jsir fit-toroq ta’ Rahal Gdid. F’dan il-post issa wara tant snin se jerga jkun possibli
biex mhux biss isir xoghol ta’ maintenance mehtiega fuq l-armar li jintuza
minn sena ghal ohra, imma anki se jkun possibli li jsir armar gdid skond kif
ikun mehtieg. Nappellaw lid-dilettanti kollha li jistghu joffru xi
ftit tal-hin biex javvicinaw lill-imghallem George li zgur li jsibilhom xi
haga x’jaghmlu. Bhal ma jaf kulhadd
il-festa trid hafna xoghol ta’ preparazzjoni. Ma jistax ikun li nibqghu dawk il-ftit voluntiera
li ahna biex inlahhqu ma’ dak kollu li jrid isir partikularment minhabba
x-xoghol l-iehor impenjattiv li kull wiehed minna diga ghandu. Mela aghmel kuragg u ersaq lejna biex taghtina daqqa
t’id. Ahna qeghdin hemm nistennewk biex tinghaqad maghna biex
flimkien inkomplu nahdmu ghall-gid tal-festa titulari tal-Parrocca taghna. |