|
XI TIFKIRIET |
|
Mons. Dun Gorg Deguara |
|
Sa
mindu bdejt nifhem xi haga, l-festa dejjem kienet ghalija zmien sabih u eccitanti.
Forsi ghaliex twelidt f’familja fejn iz-zewg huti subien Joe u Johnny
u xi whud minn huti l-bniet, l-aktar Rosy, ta’ qabli, kienu jahsbu minn zmien
qabel biex jarmaw it-triq taghna bi stil ta’ pavaljuni li ma ghadek tara
bhalhom imkien. Ma
kienux pavaljuni tad-drapp; anqas ma kienu pavaljuni tad-dawl. Kienu pavaljuni maghmulin minn strixxi ta’
l-injam li kienu jinksew bil-karti, xi disinji tal-fjuri tal-landa u
bil-bozoz imdawrin mal-karti.
Il-karti konna ngibuhom minghand tal-Lottu. Dak iz-zmien dawn kienu jkunu strixxi ta’
xi hmistax il-pulzier (38 centimetru) u kienu jkunu f’kuluri differenti, skond
kemm kien iqum il-biljett. Dawn
il-kuluri (bojod, sofor, pistacca jew roza skur) kienu jaghtu l-opportunita’
biex il-pavaljun ikollu disinn li jolqot l-ghajn. Id-disinn kien
joholqu hatni, Anthony
(Noni) Chetcuti, li
kien joqghod bieb ma’ bieb maghna.
Kien jibdel id-disinn kull sena.
Huti s-subien kienu jiehdu hsieb iqattghu l-istrixxi ta’ l-injam,
jaghmlu l-fjuri tal-landa u jaraw kif idawwruh bil-bozzoz. Jiena u huti l-ohra konna nqattghu
l-karti, naghmluhom cfuf u ndommuhom
f’liedna biex imbaghad indawruha ma’ l-injam. Qieghed nitkellem fuq is-snin
madwar l-1952 meta l-festa kienet ghadha ssir f’Ottubru u min jaf kemm
il-darba konna, filli narmaw barra u filli nidhlu nigru gewwa ghax tibda
niezla x-xita bil-qliel. Barra minn naha ta’ fuq tal-pjazza, li kien jiehu
hsieb li tintrama bl-arbli u bil-bandalori s-Sur Celest Carabott, Church Avenue, kienet l-unika triq
fil-parrocca li kienet tintrama bil-pavaljuni (xi sitta b’kollox) li fuqhom
tkellimna. Dan l-istil ta’ Pavaljuni
ma damx wisq ghax f’nofs is-snin hamsin hatni Noni Chetcuti, ghamel disinn
ta’ pavaljuni tad-drapp li kellhom
jiehdu post dawk ta’ l-injam. Dawn
kienu l-ewwel pavaljuni li saru fil-parrocca taghna u ftit wara zdiedu erba’
pavaljuni ohra mal-genb tal-bandli.
Dawn baqghu jjintuzaw ghal madwar tletin sena. Bhal ma ghadu sa llum, il-marc tal-Gimgha kien ikun
il-qofol tal-festi esterni u l-gost taghna kien ikun inqattghu l-karti
f’bicciet zghar (konna nghidulhom sunetti) u nhollu bhal zigarella twila
tal-karti li kienet tinhall minn fuq roll mill-bejt ghal fuq il-marc. Hija
Joe ghallimni haga mportanti hafna.
Qatt ma kien jghaddi minn rasu li jaghti sehem fil-festi ta’ barra
minghajr ma jidhol ukoll b’ruhu u b’gismu fil-festi ta’ gewwa. Ghalih, kif baqghet ukoll ghalija, ma
jistax ikollok il-festi ta’ barra jekk mhumiex espressjoni u kontinwazzjoni
tal-festi ta’ gewwa. U dan hu l-punt
li nixtieq inwassal illum. Il-festi
ta’ barra huma sbieh u mportanti.
Ghalihom hdimt bis-shih tul hajti kollha. Imma ejja nibqghu niftakru li dawn iridu
jkunu espressjoni ta’ mhabba sinciera u dejjiema lejn Gesu’ Sultan taghna li
jjrid jigborna u jmexxina flimkien bhala l-familja ta’ Alla li tghix f’Rahal
Gdid. |