SULTAN  TAS-SLATEN

 

Karmenu  Vassallo

 

Inti kbir wisq!   Inti gholi wisq!   Min jifhmek?

Ismek qawsalla b’ghadd bla tarf ta’ lwien!

Int Dak li int!   Il-bqija xejn minghajrek.

Int biss imlejt il-bahh b’sebh il-holqien.

 

Fik il-milja ta’ l-gherf u ta’ l-imhabba.

Fik il-hniena w il-haqq jimxu id f’id.

F’kelmtek is-setgha ta’ Dirghajn Hallieqa.

F’kelmtek il-wetqa ta’ kull barka u gid.

 

Iz-Zmien u l-Wisa’, b’kulma jhaddnu fihom,

Il-bidu taghhom likek biss jafuh:

Ghax Inti biss ‘il fuq mill-bqija: Int wahdek Alla!

Is-smewwiet u l-art dan jistqarruh.

 

Min bhalek, min?   Min joqghod hdejk, Mulejja?

Min ta l-hdura ‘l-haxix, lis-sema n-nir?

Min tefa’ l-kwiekeb jew ix-xemx u l-qamar?

Min hassar dak li Int amart li jsir?

 

Min qed izomm imdendla bla ma taqa’

il-wesgha kbira kbira tas-smewwiet?

Min gwejda qed izomm qillet il-bahar

li jista' jibdel l-art f’qabar l-imwiet?

 

Jafu kulhadd.   Ghax Int hekk kbir, Mulejja,

li  l-kobor tieghek m’ghandux qies u kejl;

u ma jesghuhx is-sema u l-art u l-berah

li koborhom hdejn tieghek dlam il-lejl.

 

Iblah li jien!   Ghalfejn naghsar ghajnejja

u nnixxef mohhi fuq tifsir dal-ktieb,

li m’hux hlief ghajn t’ghegubijiet bla isem,

li m’hux hlief dejr bla tarf u bla ebda bieb?

 

Ghandi rieda tal-bronz, ghandi go’ qalbi

nirien li jhollu z-zonqor ta’ l-igbiel:

izda mohh dghajjef ma jasalx biex jifhmek,

Mulejja, u ta’ kobortok jaghti hjiel.

 

Int ‘il fuq wisq, Int ‘il fuq wisq mill-hlejjaq:

u m’ghandek xejn mit-tafal u mit-tajn

li jaghmel minna dak li ahna: Inti

a’ kull safa u kull qodos biss il-ghajn.

  

Int  Alla u ma tidherx; ghajnejn il-bniedem

jinxfu u jiddallmu jekk jintefghu lejk:

ghax Inti xemx li titfi kull dawl iehor,

u kull dawl iehor m’hux ghajr dlam f’ghajnejk.

 

Int  Alla u ma tidherx; izda mis-Saltna

tieghek f’dak l-gholi li ma ntlahaq qatt

tmexxi d-dghajsa tal-gnus fejn joghgob lilek:

ghax Int Sultan tas-Slaten, Sid kulhadd.

 

Int ma tmissniex b’idejk fil-qilla tieghek:

imma titfaghna f’silta bejn xulxin:

tghaddabna mieghek wiehed kontra l-iehor:

hekk tbezbizhom fil-qilla ‘l-midinbin.

 

O  Alla, ahna naghrfuk, inhossuk fina,

u Sultan nistqarruk tal-Barka u s-Sliem,

Inti biss fuq kulhadd!   Int tmexxi kollox!

Jiswa aktar it-tigrib minn hafna kliem.

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1