|
RAHAL GDID
75 SENA ILU... |
|
L-ewwel
quddiesa fil-Knisja l-Gdida |
|
Alfred Ellul Galea |
|
Il-gurnata tal-Hadd, 15 ta’ Lulju ta 75 sena ilu
hi wahda fost id-dati mportanti fl-istorja religjuza ta’ Rahal Gdid. Dak inhar fost il-ferh tal-Kleru u
tal-Pawlisti, li fl-1928 kienu jghoddu mas-sitt elef, giet celebrata b’devozzjoni
kbira l-ewwel quddiesa fil-knisja l-gdida li kienet qed tinbena. Knisja li kienet ghadha minghajr saqaf u
l-art kienet kollha gebel u terrapien. Ic-celebrazzjoni tal-quddiesa saret fuq
artal ftit passi boghod minn fejn kien tqieghed is-salib kbir ta’ l-injam fuq
pedestal hames snin qabel li kien ta bidu ghall-bini tat-tempju majestuz u li
kellu jiehu post il-knisja parrokkjali qadima ta’ Santa Ubaldeska. Qaddes il-Kappillan ta’ San Pawl (Rabat)
li kien l-amministratur tal-parrocca ta’ Casal Paula, DUN NERIK BONNICI D.D.,
assistit mill-kleru tal-parrocca.
Il-funzjoni bdiet bl-innu NOI
VOGLIAM DIO. F’diskors imqanqal
li ghamel Dun Nerik stqarr li “…kulhadd ghandu jkun qalb wahda halli
bil-koperazzjoni ta’ kulhadd inkunu nistghu nbiddlu dan is-saqaf kahlani hekk
sabih ghax immanifatturat mill-idejn tal-Krejatur, inbiddluh f’saqaf denn
ghall-abitazzjoni ta’ Kristu Sidna ghax Alla aktar jiehu gost bl-opri
tal-bniedem maghmula bis-sagrificcji halli taghhom jaghtina l-premju li Hu
pprepara fil-glorja celesti.” Minbarra l-poplu Pawlist, ghal din l-okkazjoni
specjali kien hemm prezenti wkoll il-Baruni P.P.Testaferrata Moroni Viani u
l-familja tieghu, kif ukoll il-Perit Guze’ D’Amato. Fuq l-artal intrama bhal baldakkin maghmul
mid-drapp u l-weraq tar-rand, filwaqt li fuq quddiem, fuq kull naha tqieghdu
zewg angli. L-iskawts tal-lokal
skjeraw fuq kull naha quddiem l-artal izommu xemghat twal f’idejhom filwaqt
li ghal din il-grajja mportanti n-nies ta’ Rahal Gdid xiddew l-ahjar ilbies. Wara li nghatat il-Barka Sagramentali,
is-Sagrament ittiehed processjonalment ghall-parrocca l-qadima ta’ Santa
Ubaldeska bil-poplu Pawlist gharkobbtejh minn kull fejn ghadda s-Sinjur. Izda din l-okkazjoni ta’ ferh kienet qatra
f’ocean ghall-grajjiet xejn sbieh li sehhew hamsa u sebghin sena ilu. Fil-fatt is-sena 1928 bdiet fuq nota ta’
dieqa meta fil-25 ta’ Jannar miet il-Kappillan Dun Salv Chircop li serva
bhala l-ewwel u r-raba’ kappillan tal-parrocca (Ottubru 1910 – Marzu 1914 u
Marzu 1922 – Jannar 1928). Mill-banda
l-ohra l-bini tal-knisja parrokkjali gdida kien ilu wieqaf ghal sentejn shah
wara li fil-bidu tas-sena 1926 inqala’ tweghir bejn il-Kumitat inkarigat minn
dan il-progett u l-Perit Guze D’Amato.
L-inkwiet issokta jikber meta sahansitra kien hemm min iddubita
fil-kapacitajiet arkitettonici ta’ D’amato ghax kienu tal-fehma li l-kolonni
tal-ferro-konkrit ma kienux jifilhu knisja ta’ dak il-kobor enormi. Izda
l-ghazla ta’ Dun Nerik Bonnici (li kien serva bhala kappillan f’din
il-parrocca bejn Settembru 1917 u Dicembru 1921) bhala Amministratur wara
l-mewt tal-Kappillan Chircop, ghen qatigh biex isehh ftehim mixtieq bejn
il-partijiet koncernati u x-xoghol tal-knisja l-gdida seta’ jitkompla wara li
rega’ gie fdat f’idejn Guze’ D’amato (1886 – 1963). Dan il-perit, li din is-sena jahbat
l-erbghin anniversarju minn mewtu, wiegeb b’hila kbira ghar-rapport
tal-kummissjoni ta’ nkjesta mahtura mill-Kurja u li kienet maghmula
mill-perit Prof R.V. Galea u l-Kav. R. Pitre’. F’Settembru
ta’ 75 sena ilu beda wkoll il-hidma pastorali fostna bhala kappillan gdid Dr
Dun Manwel Vella. B’hekk ix-xoghol
tal-bini tal-knisja parrokkjali gdida ssokta b’ritmu tajjeb tant li l-Vigarju
Generali Monsinjur Luigi Camilleri gie fostna fit-2 ta’ Dicembru 1928 sabiex ibierek
l-ewwel kolonna tal-ferro-konkrit. Illum, tmenin sena wara t-tqeghid ta’ l-ewwel gebla
tas-sisien nhar it-30 ta’ Gunju 1923, kif ukoll fl-okkazjoni tal-75
anniversarju tac-celebrazzjoni ta’ l-ewwel quddiesa fil-knisja l-gdida,
il-poplu u l-kleru ta’ Rahal Gdid hu kburi b’dan it-tempju majestuz iddedikat
lil Kristu Sultan. |