IL-KELMA  TAL-KAPPILLAN

 

Dun Noel Vassallo

 

Festa Kristu Re 2003

 

"Jiena nhobbok!"  Dan hu l-messagg li Gesu’ Kristu Sultan tieghek, tieghi, tal-Parrocca taghna u tal-holqien kollu jixtieq jghaddi ta’ kull sena fi zmien il-festa parrokkjali.   Dan hu l-messagg li Gesu’ mhux jghidu lil xi kategorija ta’ nies dilettanti izda lil kull membru ta’ kull familja hi x’inhi s-sitwazzjoni  socjali jew  ekonomika tieghu.

 

Dan hu l-messagg li kull membru involut fl-organizazzjoni tal-parrocca ghandu jahdem bih fi zmien il-festa u dak li jaghmel, jaghmlu biex ihobb lilek u lill-parruccani l-ohra kollha.   Dan hu l-messagg li kull wiehed ghandu jgib quddiem ghajnejh meta jaghmel d-donazzjoni tieghu biex tigi organizzata festa ahjar.   X’paci jhoss f’qalbu dak il-Pawlist li jemmen li Gesu’ Kristu qed itenni kontinwament JIENA NHOBBOK u r-risposta ghal din l-istqarrija ta’ Gesu’ hija l-hegga ta’ kull Pawlist li jsellem lil shabu Pawlisti mhux biss bl-awguri annwali ta’ l-festa t-tajba izda wkoll bit-tifsira profonda li Gesu’ jrid jghaddi lil kull parruccan JIENA NHOBBOK.

 

Jalla l-festa ta’ din is-sena tkun mezz qawwi biex nersqu aktar lejn Gesu’ u lejn xulxin.   Dawn  huma l-awguri sincieri tieghi.

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1