KUMMENTI    U   TRUFIJIET

 

ID-DICENZA

 

Hafna jiehdu qatgha kif jaraw din il-kelma ghaliex taghtik l-impressjoni li min qed jikteb ghandu mohh dejjaq jew xi hadd ta’  erbghin sena lura.   Izda min jasal ghal dawn il-konkluzjonijiet irid jammetti li l-onesta’ fil-kliem, fl-ilbies u fl-imgieba umana mhix djuq ta’ persuna jew poplu, izda serjeta’ ta’ generazzjoni li tixtieq ixxerred valuri umani fis-socjeta’ taghna.

 

Bdiet is-shana u l-appell tieghi jmur ghal onesta’ fl-ilbies f’kull post pubbliku specjalment f’postijiet ta’ talb u taghlim u f’kull post iehor fejn ghandu jkun hemm is-serjeta’.   Postijiet bhal knejjes, Centri Parrokkjali, postijiet ohrajn ta’ taghlim nisrani, transport pubbliku, skejjel, postijiet tax-xoghol fejn jingabru kategoriji ta’ nies bhal ma huma klinici, banek, Centri Civici kollha jixirqilhom li nzommuhom fuq certu livell ta’ serjeta’.   Nixtieq nigbed l-attenzjoni ghac-cimiterji taghna.  Dan l-ahhar kont dizgustat hafna meta dhalt f’wiehed mic-cimiterji taghna, post serju u ta’ rispett kif  ghandu jitqies kull cimiterju, u quddiem ghajnejja nbidel f’post ta’ burdell u tar-ridikolu.

 

Affarijiet bhal dawn tassew isewdulek qalbek mhux ftit!

 

Hosted by www.Geocities.ws

1