|
|
|
|
Live-In Il-grupp
ta’ zghazagh ta’ bejn
it-13 u l-14-il sena Organizzaw
Live-In bejn
id-29 u t-30 ta’ Marzu. Ghal
dan il-Live-In kien hemm hegga
kbira peress li kienet l-ewwel esperjenza ghal dawn iz-zghazagh. Is-sessions
kienu jinkludu hafna games li
minnhom titghallem kif ghandek iggib ruhek fil-grupp ma’ shabek. Min ta daqqa t’id fit-tisjir, min ghen
fit-tindif, ohrajn ippreparaw reflections
ghal filghaxija u grupp iehor ipprepara l-Quddiesa tal-Hadd. Minn dan il-Live-In zgur li kulhadd ha
mieghu xi haga gdida d-dar. Tghallimna
li biex il-grupp jimxi l-quddiem, irridu nahdmu kollha flimkien u li go grupp
kulhadd hu mportanti!!!! Easter Get-Together L-Easter Get-Together sar fid-19 ta’
April wara l-Quddiesa ta’ l-Ghid.
Ghal din l-okkazjoni gew mistiedna wkoll il-Genituri tal-membri kollha
kif ukoll il-Grupp taz-ZAK tal-Parrocca ta’ Lourdes. Kellna kafe’, te’, cikkulata, pizza u
figolli li ghamlu l-membri stess.
F’temp ta’ gimgha rnexxielna naghmlu aktar minn 80 figolla tassew
TAJBA! Kulhadd ghamel sforz biex dan il-Get Together zghir ikun success. Ezercizzi u Passover Meal L-Ezercizzi
tar-Randan ghaz-zghazagh din is-sena saru bejn l-14 u l-16 ta’ April. L-ewwel jumejn kienu organizzati miz-ZAK
Lourdes fis-Sala tal-Parrocca ta’ Lourdes.
Fit-tielet u l-ahhar gurnata saret l-IKLA LHUDIJA. Kienet esperjenza mill-aktar sabiha ghax
ghal ftit sieghat hassejna mill-qrib l-ambjent Lhudi. Kien hemm grupp ta’ zghazagh li b’reqqa
kbira bidlu s-Sala tal-Youth Centre f’Cenaklu permezz ta’ drapp, xkejjer,
imsiebah u affarijiet tal-fuhhar.
Kulhadd segwa dan ir-rit minn fuq ktejjeb li sar apposta. Kilna l-haruf, haxix morr, bajd iebes,
zlazi morri, haroxet u lewz.
Ippruvajna nimxu kemm jista’ jkun skond ir-ritwal lhudi u kull minn
kien prezenti ha pjacir u apprezza x-xoghol kollu li sar b’dedikazzjoni
miz-zghazagh infushom. |
|
|
LAQGHAT Z.A.K.
PAOLA FIC-CENTRU Z.A.K. KULL NHAR TA' GIMGHA ( bieb ma' bieb mal-Catholic Book Centre) |
|
|
|
|
|
7 . 0 0 p m
- 8 . 3 0 p m |
Laqgha ghall-adolexxenti
bejn il-11 u t-12-il sena |
|
7 . 3 0 p m
- 9 . 0 0 p m |
Laqgha ghal
zghazagh bejn it-13 u l-14-il sena |
|
7 . 3 0 p m
- 9 . 0 0 p m |
Laqgha ghal
zghazagh li ghalqu l-15-il sena |
|
|
|
|
IL-LAQGHAT
ISIRU KOLLHA FI
GRUPPI DIFFERENTI... |
|
|
TITHAJJAR?
c.u. |
|