L-ENCIKLIKA  "ECCLESIA  DE  EUCHARISTIA"

 

Din l-Enciklika, li hi l-14 il-wahda tal-Papa Gwanni Pawlu II, ghandha l-intenzjoni li toffri riflessjoni profonda fuq il-Misteru ta’ l-Ewkaristija u l-importanza tieghu fil-Knisja Kattolika.   Ippruvajna ngibu sintesi ta’ dak li fih dan id-dokument ta’ importanza fit-taghlim tal-Knisja.   Narawha flimkien, kapitlu wara l-iehor.

 

Kapitlu 1: Il-Misteru tal-Fidi

Jispjega kif il-Quddiesa mhix repetizzjoni ta’ l-ahhar Cena jew multiplikazzjoni tieghu, izda li l-Quddiesa hija kontinwazzjoni tas-sagrificcju ta’ Kristu fuq is-Salib li jibqa’ prezenti sa l-ahhar taz-zmien.   Ic-Celebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija tfakkar lill-insara li l-batuti, il-foqra u d-dghajfin qed jistennew l-ghajnuna minn ghandhom  billi jkunu qrib taghhom u hekk jaghtuhom it-Tama ghall-hajjithom.

 

Kapitlu 2:  L-Ewkaristija tibni l-Knisja

Jghidilna li meta l-insara jersqu lejn il-Mejda ta’ l-Ewkaristija, huma mhux biss jircievu lil Gesu’, izda huma jigu milquha minn Gesu’ nnifsu.   Il-Knisja hija maghquda ma’ Kristu li mohbi taht l-ispeci ta’ l-Ewkaristija, jghix fil-Knisja u jibniha.   Il-Knisja tadurah mhux biss waqt il-Quddiesa, izda fil-hinijiet kollha bhala Tezor l-aktar Prezzjuz.

 

Kapitlu 3:  Il-Hidma Appostolika ta’ l-Ewkaristija u tal-Knisja

Is-Sacerdot li jiccelebra l-Ewkaristija u n-nies li jiehdu sehem fiha ma ghandhomx ihossu li l-Ewkaristija hija xi haga taghhom jew li ghandhom dritt fuqha, izda li din hi rigal moghti minn Alla.

 

Kapitlu 4: L-Ewkaristija u l-Unita’ Ekklezjali

Jghidilna li l-Ewkaristija m’ghandiex titqies bhala ghodda biex iggib l-ghaqda fost l-insara, izda li hija frott ta’ l-ghaqda li ga tezizti.  Meta tkun iccelebrata b’sincerita’ kbira, l-Ewkaristija zzid din l-ghaqda u tibni l-unita’ mehtiega.

 

Kapitlu 5: Id-Dinjita’ ta’ l-Ewkaristija

Ghandu jidher fic-celebrazzjoni tal-Quddiesa li fiha ghandu jinhass il-ferh ta’ l-insara migbura flimkien.  Is-sbuhija tal-knejjes ta’ l-imghoddi huwa mportanti u mehtieg ukoll fic-celebrazzjonijiet ta’ llum.

 

Kapitlu 6:  Fl-Iskola ta’ Marija, il-Mara ta’ l-Ewkaristija

Bhal ma l-Madonna garret lil Gesu’ fil-guf taghha, hekk ukoll il-Knisja ghandha f’qalbha u ghal qalbha l-Ewkaristija li toffriha lid-dinja u lil dawk kollha li jemmnu li hajjithom ghandha tkun zmien ta’ tifhir u adorazzjoni lit-Trinita’ Qaddisa.

 

Fil-Konkluzjoni tad-Dokument, il-Papa jghidilna li biex nitqaddsu m’ghandniex bzonn ta’ xi programmi godda ghax it-triq diga tezizti fi Kristu nnifsu li jrid li jkun maghruf, mahbub, imitat u proklamat.    Dan hu l-process shih ta’ l-Ewkaristija kif ghixuha l-Qaddisin li f’kull hin ta’ hajjithom emmnu bis-shih f’dan il-misteru u hadu minnu dik il-qawwa spiritwali li ghinithom jghixu is-sejhiet tas-sagrament tal-maghmudija li rcevew.

 

Hosted by www.Geocities.ws

1