JIENA  NEMMEN...  U  INTI ?   (9)

 

Fr Michael Bellizzi

 

Qeghdin fi zmien l-Ghid, u ghadna kemm iccelebrajna l-grajjiet l-aktar importanti tal-fidi taghna...  Bdejna bl-istedina ghall-indiema u ghal hajja aktar awtentika (Randan).  Rajna l-umilta' ta' Gesu' li jahkem mhux bil-forza imma bil-qawwa tal-verita' (Hadd il-Palm).  Iccelebrajna t-twaqqif ta' l-Ewkaristija bhala mezz ta' ghaqda u mhabba ma' Gesu' u bejn dawk li jemmnu (Hamis ix-Xirka).  Fakkarna l-mewt ta' Gesu' fuq is-salib li wettqet  rabta gdida bejn Alla u l-bniedem li xejn ma jkun jista' jhollha (Gimgha l-Kbira).  U frahna bil-Qawmien mill-mewt ta' Gesu' li jikseb il-hajja ta' dejjem ghal dawk li jibqghu maghqudin mieghu (l-Ghid).  Altru li dawn mhumiex xi drawwiet jew ritwali li n-nanniet taghna kienu jipprattikaw ghax kellhom hafna hin liberu.  Anzi, huma s-sinjali minn barra ta' min jilqa' l-hbiberija ta' Alla u jwiegeb ghaliha.

 

Illum  hafna ma jaraw l-ebda rabta bejn it-twemmin li kibru fih u l-hajja ta' kuljum.  Ghal dawn, it-twemmin jinbidel skond ic-cirkustanzi, bhal tibdila hwejjeg u dak kollu li jmur ma' dik it-tibdila biex thossok komplut ghal xi okkazjoni.  Imbaghad meta tghaddi dik l-okkazjoni nahsbu ghal tibdila ohra...

 

Imut xi hadd li kont taf u jfettillek tmur ghall-quddiesa tal-funeral... X'hin tara l-familjari telghin jitqarbnu thoss li ghandek taghmel bhalhom.  U avolja tkun ilek xhur, jekk mhux snin, ma titqarben, ghal dakinhar biss, biex il-haga tkun "kompluta", titla' int ukoll.  U mbaghad daqshekk.  Li tkun komplut sar qisu tizjin ghal xi okkazjoni...  Imma bizzejjed daqshekk?

 

Titfacca tqala "mhux ippjanata", kif nghidu llum.  Zgur li hadd ma jista' jghid li kellu dritt ghal dik it-tarbija, ladarba ma kinux jobsru li gejja.  Imma malajr issib lil dik l-omm, anke sa minn qabel it-twelid stess, tinsisti li t-tarbija taghha mhi se tkun xejn inqas minn tfal ohra.  U d-diskors jaqa', bhalma jigri ta' spiss, fuq il-maghmudija u l-manija tal-knisja li ma tghammidx trabi li ma jkunux twieldu fiz-zwieg.  Ghax biex it-tarbija jkollha drittijet daqs trabi ohra, u biex il-genituri jhossuhom "kompluti" ghall-okkazjoni, hemm bzonn titghammed waqt il-quddies, flimkien ma' trabi ohra.  U mbaghad daqshekk. Bizzejjed thossok komplut  darba kultant?

 

Spiss nisimghu kritika fuq nies insara, kemm huma nies intolleranti, li taghhom biss tajjeb, li ma tistax tiddjaloga maghhom.  Ta' min jistaqsi jekk il-vera religjon hix opinjoni, li malajr tichadha jew tibdilha meta tolqtok fil-laham il-haj... Jekk hix bhal tibdila ghal xi okkazjoni, biex thossok komplut jew korrett.  Dik tkun religjon maghmula mill-bnedmin.

 

Imma l-vera religjon ghandha skop iehor, kif jghid San Izakk il-Kbir, qaddis mill-Armenja ta' l-ewwel sekli tal-knisja (miet fis-sena 439): "Kull taghlim li, bis-sincerita' kollha, jgib 'il quddiem l-imhabba ta' Alla u l-imhabba tal-proxxmu minhabba f'Alla, joghgob gaktarh 'l Alla, hi x'inhi l-imgiba u l-hajja religjuza li ghaliha twassal.  Din hi l-imhabba li ghaliha kollox ghandu jsir jew jibqa' ma jsirx, jinbidel jew jibqa' li jkun."

 

San Izakk hadem u ghex f'ambjent ta' konfuzjoni religjuza.  Bhalu, ahna wkoll ninsabu mdawrin minn gegwigija ta' idejat u modi ta' hajja, li bosta drabi jmorru kontra xulxin jew almenu jfixklu lil xulxin.  Bhalu ahna wkoll insibu ruhna rridu nfittxu, ngharblu u nghazlu.  Ta' spiss inkunu kullhadd ghalih, u dak li jaghzel wiehed ma jkunx dak li jaghzel iehor.  Ir-religjon vera theggigna biex l-ewwelnett inkunu sincieri maghna nfusna; li flok ninhbew wara subghajna nammettu jekk ahniex infittxu dak li jaqblilna, jew dak li se jwassalna biex inhobbu lil Alla izjed, jew dak li se jkun ta' vera gid ghall-proxxmu. F'dan id-dawl wiehed ghandu jara u jqis l-effett ta' dak li qed jahseb li jaghmel.

 

Hosted by www.Geocities.ws

1