|
F’JUM IL-MISSIER... TIFKIRIET... |
|
|
Is-Saltna |
Illum il-gurnata, wara seba’
snin, xi thoss meta jasal Jum il-Missier u tiftakar li wiehed minnuliedek
m’ghadux aktar maghkom mal-familja? |
|
Missier |
M’hemm
l-ebda dubju li meta jasal Jum il-Missier jien ma n’hossx ghafsa kbira ta’
qalb meta niftakar li ibni l-kbir m’ghadux maghna. Bhala t-tifel il-kbir fost hutu kien
ihoss id-dmir li f’Jum il-Missier kien
ikun hu li johrogna lkoll nieklu barra f’xi restaurant sabih jew
lukanda. Jekk ghal xi raguni ma
konniex nistghu naghmlu dan allura konna ninghaqdu l-familja kollha u nieklu
flimkien id-dar taghna dak li tkun ippreparat b’tant dedikazzjoni marti. Ma jonqosx li fit-talb tieghi ta’ kuljum,
l-ewwel li niftakar hu fih. Anki
fil-mixja tieghi ta’ kull filghodu, meta nghaddi minn fejn ic-Cimiterju,
nitlob ghalih. F’Jum il-Missier dan
id-dmir jilhaq il-qofol tieghu. |
|
|
|
|
Is-Saltna |
Xi ppruvajt taghmel matul hajtek
biex tkun missier ghal dan ibnek? |
|
Missier |
Bhal
kull missier nisrani matul hajti dejjem ippruvajt nerfa’ r-responsabilita’
tieghi li nservi ta’ mudell ghal hajtu l-izjed fl-onesta’, fid-dmirijiet lejn
ghajru u fl-irgulija. Ghintu
mill-ahjar li stajt fl-edukazzjoni u
fl-istudji tieghu biex seta’ jiehu l-professjoni tieghu u jibni l-karriera futura
tieghu. Imma l-Mulej kellu pjanijiet
ohra. Tlifnieh meta kien ghad kellu
biss 36 sena, propju fil-birthday tieghu
u anki tieghi, fl-ahjar snin ta’ hajtu.
Kont dejjem nixtieq li ibni jkun ragel daqs kemm xtaqt inkun ragel
jien, b’tali mod li meta jghidulu li jixbahni hu jhoss sidru jintela’
bin-nifs. |
|
|
|
|
Is-Saltna |
Grazzi hafna talli ghogbok taqsam
mal-qarrejja ta’ dan il-fuljett dawn it-Tifkiriet li forsi jnisslulek xi ftit
ta’ swied il-qalb. Imma naccertawk li l-qarrejja kollha jinghaqdu mieghek
fit-talb taghhom b’suffragju ghal ibnek. |