F’JUM  L-OMM...

TIFKIRIET...

 

Is-Saltna

Ftit tax-xhur ilu int tlift lil ibnek li spicca vittma ta’ doza qawwija ta’ droga.    Xi jfisser ghalik JUM L-OMM wara dak li ghaddejt  minnu din is-sena?

Omm

Ghalija Jum l-Omm se jfisser jum iebes hafna, jum li fih se naghmel hilti kollha biex niccelebra b’xi mod ma’ tnejn minn uliedi ghax lil iehor lanqas nista nhares lejh ghaliex m’ghadux hawn maghna. Naf zgur li lil ibni qed nimmissjah hafna ghaliex konna close hafna u kuljum nitlob lil Alla biex jaghtini l-farag halli nkun nista’ niffaccja din ir-rejalta’ kbira li naccetta dak kollu li ghadda minnu ibni. Ghadni sallum immur kuljum f’kamartu ghax nohlom u nimmagina li seta gie waqt li ma kontx hemm u dejjem insib li ma ccaqlaq xejn mill-gurnata ta’ qabel.   Kuljum niftakar fih fit-talb u nixtieq li xi hadd xi darba jigi jghidli li dan ibni wasal fil-genna halli nserrah mohhi li wasal.

 

 

Is-Saltna

X’parir taghti lill-ommijiet int li ghaddejt u ghadek ghaddejja minn grajja iebsa bhal din?

Omm

L-ewwel parir tieghi huwa kemm huwa mportanti li nzommu lil uliedna f’mohhna qabel ma jkunu dahlu fil-problema tad-droga, jigifieri li wiehed izomm quddiem ghajnejh it-tajjeb u s-sbuhija li kellhom; ibni ma kienx ilu jiehu d-droga, izda meta beda mill-bidu nett kellu problema serja u akuta.

 

It-tieni parir tieghi huwa li l-genituri qatt ma ghandhom jaqtghu qalbhom u jibqghu sa l-ahhar jaghmlu hilithom biex iwettqu kollox bl-akbar imhabba, anke quddiem il-falliment tal-fejqan.

 

It-tielet parir huwa li l-genituri ghandhom dejjem ifittxu l-kawza li wasslet lil uliedhom ghall-marda qerrieda tad-droga u biex meta l-genituri jsibu din il-kawza ghandhom jippruvaw isolvuha mill-ahjar li jistghu b’kuragg kbir u bi mhabba kbira qabel ma jkun tard wisq.

 

 

Is-Saltna

Nirringrazzjawk ta’ dawn it-tifkiriet li bla dubju nisslu xi ftit dieqa ta’ qalb. Zgur li l-qarrejja ta’ dan il-fuljett, partikularment l-ommijiet, mhux biss juru is-solidarjeta’ shiha mieghek  f’dan il-Jum ghaziz, imma jiftakru wkoll f’ibnek fit-talb taghhom.   Grazzi u l-Mulej jaghtik il-kuragg kollu mehtieg.

 

Hosted by www.Geocities.ws

1