TBERIK  TAL-FAMILJI  2003

 

Bhal issa ghaddejin minn din l-esperjenza tat-Tberik li hafna familji jkunu jistennew b’herqa u b’interess.   Nixtiequ nirringrazzjaw lilkom ilkoll tal-laqgha taghkom.   Hija xewqa kbira taghna li kieku nistghu noqghodu aktar hin maghkom u niddiskutu l-hajja nisranija aktar fit-tul.   Niskuzaw ruhna li ma rnexxilniex naghmlu zjarat lil numru ta’ familji qabel l-Ghid, izda dan ma kienx possibli.   Nixtiequ nirringrazzjaw lis-sacerdoti kollha li qieghdin jghinu fit-tberik ta’ din is-sena, sacerdoti li kollha ghandhom interess fil-hajja tal-parrocca u fil-hajja tajba taghkom.

 

Naghmlu appell biex isir uzu tajjeb mill-ktejjeb dwar ir-Ruzarju li qieghdin nirregalaw lil kull familja tal-parrocca.   Dan il-ktejjeb, li l-faccata tieghu tidher fuq quddiem nett ta’ din il-harga tas-SALTNA, joffrilna l-opportunita’ biex nghidu r-Ruzarju ahjar.   Mhux biss joffrilna rikkezza ta’ xogholijiet artistici religjuzi u meditazzjonijiet maghmula minn Dun Gorg Preca, izda jghinna biex meta nkunu ftit kalmi nghaddu ftit hin bil-kwiet f’atmosfera ta’ talb ma’ Marija u ma’ Gesu’.

 

Nappellaw biex dawk li ma bierkux u jixtiequ jaghmlu dan biex jikkuntattjaw l-Ufficcju Parrokkjali.

 

Hosted by www.Geocities.ws

1