O  MARIJA  GHAZIZA  OMMI

 

Lilly Muscat

 

Statwa ghandi tal-Madonna

B’libsa bajda b’mant kahlan

Ta kull meta lilha nitlob

F’qalbi nhoss l-akbar serhan.

 

U hekk kif inhares lejha

Nhoss fuqi l-harsa taghha

U l-problemi li jkolli

F’dak il-hin jien naqsam maghha.

 

U jihfief inhoss it-toqol

U nhossni nintela’ b’ferh

O Marija ghaziza Ommi

Fik jien biss insib is-serh.

 

Ghaliex int helwa Madonna

Taghti d-dawl lill-imdallmin

Inti s-sabar u l-imhabba

Il-farag ta’ l-imnikktin.

 

O helwa Marija Omm Alla

Harstek ibqa’ zommha lejna

Il-mant tieghek ifrex fuqna

Ibqa’ int ghal dejjem hdejna.

 

Hosted by www.Geocities.ws

1