BIEX  NAKWISTAW  IS-SALTNA  T’ALLA

 

wahda minnkom

 

Hajra gietni f’daqqa wahda

Illi nikteb erba’ versi

Biex ghas-Saltna t’Alla nersqu

Aktar insiru kuntenti.

 

L-ewwel haga l’ghandek taghmel

Ieqaf irrifletti ftit

Itlob lil Ispirtu Santu

Biex id-dawl lilek jaghtik.

 

Issa b’dan id-dawl go hajtek

Tista t-triq int tara cara

Taraf id-difetti tieghek

Tara hajtek kemm ticcara.

 

Mela aqra l-Kelma t’Alla

Din tibda thalli effett.

Inti tibda tiggustaha

Ghax hierga minn fomm perfett.

 

Diga' tibda thossok tajjeb

Ta’ madwarek jindunaw

Ghax dan Alla bidla jhalli

Meta ahna nesperjenzaw.

 

Mela ejjew nibdew minn issa

Ghax issa huwa l-waqt

Ma nhallux iz-zmien ighaddi

Ghax imbaghad jista’ jkun tard.

 

Hosted by www.Geocities.ws

1