RAHAL  GDID  80 SENA  ILU...

Jibda  l-Bini  ta’  Knisja  Gdida

 

Alfred Ellul Galea

 

Wahda mill-isbah grajjiet fl-istorja religjuza ta’ Rahal Gdid sehhet nhar Hadd il-Ghid ta’ tmenin sena ilu meta f’nofs ghalqa kbira f’Tal Borg fuq in-naha tal-lvant tal-misrah ewlieni ta’ Casal Paula tqieghed salib kbir ta’ l-injam fuq pedestal fejn kellha tinbena l-akbar knisja fil-gzejjer Maltin.   Dak inhar, l-ewwel t’April tas-sena 1923, saret cerimonja religjuza li fiha l-Kappillan Dun Salv Chircop pogga s-Salib f’nofs il-pjanta ta’ tempju gdid iddedikat lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’ u fl-istess hin inghata bidu ghat-thaffir tas-sisien.

 

Tmenin sena ilu l-knisja parrokkjali f’dak iz-zmien – Sant’Ubaldeska – mibnija fi zmien il-Gran Mastru ta’ l-Ordni Antoine de Paule kienet ga’ ilha kwazi tliet sekli wieqfa u bil-popolazzjoni ta’ Rahal Gdid toktor qatigh (minn 2800 ruh fl-1901 telghet ghal 5400 fl-1921) il-htiega li tinbena knisja parrokkjali akbar kienet tinhass sew.   Bizzejjed wiehed isemmi li ghall-quddies tal-Hadd fil-knisja ta’ Sant’Ubaldeska kien ikun hemm aktar nies barra milli gewwa.   Ghaldaqstant il-Kappillan Dun Nerik Bonnici (1917 -1921) hareg bl-idea li tinbena knisja akbar.   Il-Kappillan li gie warajh, Dun Salv Chircop, kien hatar Kumitat ta’ 12 il-persuna mmexxija minnu bhala President u Kaxxier, filwaqt li l-Perit Guze’ Damato, li serva ta’ Segretarju, hejja l-pjanta tal-knisja l-gdida.

 

Ghal din il-festa tat-tqeghid tas-Salib Imqaddes, li nghatat bidu fl-4.30 ta’ wara nofs in-nhar gewwa l-knisja ta’ Sant’Ubaldeska bit-tberik ta’ l-istess Salib, il-konkorrenza ta’ l-abitanti ta’ Rahal Gdid kienet kbira mmens.   Qalb il-migemgha kien hemm ukoll numru kbir ta’ Inglizi tas-Servizzi.   Wara, s-Salib gie mdawwar mat-toroq ewlenin ta’ Rahal Gdid akkumpanjat mill-banda G.M. Fra Antonio de Paule.   Minn kull fejn ghadda l-korteo, immexxi mill-Kappillan, gie milqugh b’entuzjazmu kbir fost sparar u tfiegh tal-fjuri.   Din il-grajja lahqet il-qofol taghha meta l-korteo wasal f’nofs il-misrah fejn kellha tinbena l-knisja l-gdida u s-Salib tqieghed fuq pedestal gholi tnax il-pied.   Is-Salib u l-pedestal thallsu minn benefattur anonimu.

 

F’kelmtejn ta’ l-okkazjoni lill-folla migbura, fosthom ghadd ta’ haddiema tat-tarzna li aktar tard taw sehemhom bil-kbir fil-bini ta’ dan it-tempju majestuz, Dun Salv Chircop, li kien kappillan fostna darbten (1910-1914 u 1922 – 1928), radd hajr lill-Isqof Dom Mauro Caruana ta’ l-interess kbir li ha f’din l-inizjattiva, kif ukoll lill-Gvern li ta b’xejn l-art fejn kellha tinbena  l-knisja l-gdida.   Radd hajr ukoll lill-Kumitat imwaqqaf apposta ghall-hidma tieghu, fosthom  lil Perit Damato li ta  wkoll b’xejn bicca mill-art tieghu ghal dan il-ghan.   Huwa fisser is-sinifikat ta’ din il-grajja meta stqarr li dak li ghadu kif sehh permezz tac-Cerimonja tat-tqeghid tas-Salib Imqaddes, huwa biss il-bidu “…… li bil-fidi kennija taghna lejh ikollna l-grazzja li naraw il-final ta’ dan it-tempju, li jekk Alla jrid ikun l-uniku wiehed f’Malta.”

 

Wara c-Cerimonja l-Kappillan Dun Salv Chircop, li ga kien serva bhala l-ewwel kappillan meta Rahal Gdid sar parrocca fl-1910, gie merfugh fuq l-ispallejn sad-dar tal-Perit Damato.   F’din id-dar, li kienet tinsab fil-misrah biswit il-firxa ta’ art fejn kellha tinbena l-knisja l-gdida, sar riceviment zghir ghall-mistednin.

 

Tliet xhur wara din l-okkazjoni storika, sewwasew fit-30 ta’ Gunju ta’ tmenin sena ilu, tqieghdet l-ewwel gebla tas-sisien tal-knisja l-gdida li tinsab taht il-kampnar tal-lemin int u diehel mill-bieb il-maggur.   Ix-xoghol fuq il-pedamenti  ha seba’ xhur biex tlesta minhabba li f’ghadd ta’ nhawi l-gholi taghhom kien ta’ bejn il-hmistax u t-tletin filata taht il-livell tal-qatran.

 

Il-holma tan-nies ta’ Rahal Gdid li jaraw mitmum ix-xoghol  tal-knisja parrokkjali gdida, illum dedikata lill-Kristu Re, sehhet 36 sena wara din il-grajja sabiha ta’ tmenin sena ilu.   Dak inhar wkoll, jigifieri fit-13 ta’ Dicembru 1959, kienet saret Cerimonja ferrieha u brijuza simili madwar it-toroq ta’ Rahal Gdid.   Izda din id-darba s-Salib li garrew il-parruccani kien dak li kellu jitqieghed fil-quccata tal-koppla tal-knisja.

 

Hosted by www.Geocities.ws

1